Eurovision
Malta se tiftaħ il-finali tal-Eurovision f’Tel Aviv

Malta se tagħti bidu għall-64 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest 2019.  Dan hekk kif ilbieraħ telgħu l-poloz ta’ kif se jkantaw is-26 pajjiż li se jieħdu sehem fil-finali t’għada.

Michela se tkun l-ewwel li se tkanta l-kanzunetta Chameleon, f’serata li mistennija jkantaw l-10 pajjiżi li għaddew mill-ewwel semifinali, l-10 pajjiżi li għaddew mit-tieni semifinali, il-5 pajjiżi kbar u l-pajjiż ospitant tal-Eurovision.

Din hija l-ordni ta’ kif se jkantaw is-26 pajjiż fil-finali t’għada:

1. Malta
2. Albanija
3. Repubblika Ċeka
4. Ġermanja
5. Russja
6. Danimarka
7. San Marino
8. Tramuntana tal-Maċedonja
9. Svezja
10. Slovenja
11. Ċipru
12. Olanda
13. Greċja
14. Iżrael
15. Norveġja
16. Renju Unit
17. Iżlanda
18. Estonja
19. Belarus
20. Ażerbaijġan
21. Franza
22. Italja
23. Serbja
24. Svizzera
25. Awstralja
26. Spanja

Fis-serata finali mistennija jkantaw ukoll Netta, Dana International, kif ukoll l-istilla internazzjonali Madonna, li se tkun qed tkanta waħda mill-iktar kanzunetti li ġabulha suċċess fil-karriera ‘Like A Prayer’ kif ukoll kanzunetta ġdida mir-repertorju tagħha ‘Future’.

Ara wkoll:

Malta tgħaddi għall-finali tal-Eurovision f’Tel Aviv

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Fakultà tal-Inġinerija fl-Università ta’ Malta qed torganizza wirja bil-proġetti innovattivi li saru mill-istudenti fil-kors tal-Inġinerija. Ta’ kull sena din isservi ta’ pjattaforma biex l-inġiniera ta’ għada juru dak li jkunu…

Partit Nazzjonalista

Il-laqgħa tal-Grupp Parlamentari t-tieni waħda fi ftit jiem, qed tiżvolġi wara laqgħa mqanqla tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista li ntemmet tard ilbieraħ billejl. Pierre Portelli stqarr li dak li ġara fil-laqgħa…

Partit Nazzjonalista

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia kien l-uniku wieħed barra Pierre Portelli li tkellem fi tmiem il-laqgħa tal-Eżekuttiv tal-Partit u stqarr li ser jagħmel proposti lill-Grupp Parlamentari għat-triq ‘il quddiem. Huwa…

Aktar