Malta se tipparteċipa fi proġett Ewropew dwar l-immaniġġjar tal-miżbliet

Wasteserv flimkien mal-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi se jkunu qed jipparteċipaw f’‘Interreg’, proġett Ewropew li għandu l-għan li jtejjeb il-politika tal-immaniġġjar tal-miżbliet tar-reġjuni u l-pajjiżi li qed jipparteċipaw. Fi stqarrija Wasteserv qalet li l-proġett bl-isem COCOON se jkollu budget ta’ madwar €14-il miljun, b’madwar €176,000 se jmorru biex jiffinanzjaw 85% tax-xogħol li se jagħmlu l-Maltin fuq dan il-proġett. F’dan il-proġett Wasteserv ħa taħdem fuq il-viżjoni tagħha li toħloq riżorsi mill-iskart.

Wasteserv sostniet li l-proġett tal-entità Belġjana I-Cleantech Flanders se jieħu 60 xahar b’kollox u se jibqa’ għaddej sa Frar ta’ 2022, bil-parteċipazzjoni ta’ tmien entitajiet minn Ċipru, il-Belġju, l-Olanda, Spanja u Malta.

Intqal li l-għan tal-proġett huwa għal żvilupp, integrità u titjib fis-strumenti politiċi. Dan filwaqt li jiżdiedu s-sussidji minn programmi ta’ kif jaħdmu l-miżbliet, u reġjuni Ewropej jingħaqdu flimkien biex jaraw l-aħjar metodi biex jaħdmu. Eventwalment b’dan il-proġett mistenni li tiġi rkuprata aktar art, u jiġi evitat periklu ambjentali. Wasteserv qalet li dawn il-proġetti ta’ mmanġjar tal-miżbliet ikabbru l-ekonomija u joħolqu aktar impjiegi favur l-ambjent.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Carmel Mifsud ta’ 44 sena minn San Ġiljan tressaq il-Qorti akkużat li ħebb, hedded u weġġa’ gravi lil Eman Stelian Micallef, li ġarr mus mingħajr liċenzja tal-Kummissarju tal-Pulizija u li…

Edukazzjoni

It-trabi jitwieldu disposti jiżviluppaw il-ħiliet tal-lingwa u l-komunikazzjoni. Is-smigħ ikun ġa żviluppa fil-ġuf tal-omm u t-tarbija tkun ġa tisma’ l-lingwa qabel ma titwieled. Dan l-iżvilupp jikkumplimenta l-kisba tal-litteriżmu aktar ’il…

Qorti

Mara resqet quddiem il-Qorti b’talba biex tingħata l-premju tal-jackpot tal-Quaterno li rebħet fit-18 ta’ Mejju, wara li ramiet il-biljett fi żmien li ddaħħlet l-isptar minħabba kundizzjoni medika serja. Natalie Bonnici…

Aktar