Lokali
Malta se tipprojbixxi minnufih insettiċida tossika għas-saħħa tal-bniedem

Il-bexx li fih kimika tossika msejħa ‘klorpirifos’ mhux se jiġi mpurtat aktar f’Malta u l-użu tiegħu għandu jieqaf immedjatament wara li l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel, EFSA sabet li tagħmel ħsara lis-saħħa tal-bniedem speċjalment fl-iżvilupp tat-trabi.

Il-bdiewa Maltin qed jiġu mgħejjuna jiddisponu mill-bexx li fadlilhom waqt li se jkunu mgħejjuna jsibu prodotti alternattivi li huma sikuri.

Is-Segretarji Parlamentari Clint Camilleri u Deo Debattista qalu li f’dan il-kuntest il-konsumaturi Maltin għandhom iserrħu moħħhom meta jikkunsmaw frott u ħaxix lokali.

Il-Gvern Malti qed jipprojbixxi kull bexx tat-tip kloripirifos li fl-aħħar jiem l-Awtorit a Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel, EFSA ikkonkludiet li dil-kimika tagħmel ħsara lis-saħħa tal-bniedem fosthom fl-iżvilupp tat-trabi u kawża potenzjali għall-Parkinsons Disease.

Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Konsumatur, Deo Debattista qal li dan il-bexx li joqtol l-insetti mill-frott u l-ħaxix ilu jintuża mill-1966 iżda kien biss fl-aħħar jiem li l-EFSA kkonfermat il-periklu għal saħħet il-bniedem.

Deo Debattista qal “klorpirifos jista’ jaffettwa kemm it-tarbija fil-ġuf, l-iżvilupp mentali jiġifieri relatat mal-ADHD, autism, jista’ wkoll jagħmel childhood leaukemia, allura la darba nafu li mhuwiex safe inkunu qed nonqsu jekk nippermettu li dan jibqa’ jintuża”.

F’dan l-isfond, il-Gvern iddeċieda li minflok jistenna l-projbizzjoni mill-EFSA li mhux se ġġedded il-liċenzja tal-klorpirifos wara Jannar li ġej, jaqbad u jieħu azzjoni immedjata billi jirtira dan it-tip ta’ bexx fl-interess tas-saħħa pubblika u s-sigurtà fl-ikel.

It-twissijiet li kien ikun hemm dwar l-użu ta’ din il-kimika tindika t-tossiċita tagħha tant li f’certi kazi bejn il-bexx u l-qtugħ tal-prodott riedu jgħaddu xaghrejn barra li hija meqjusa valenuza fost oħrajn għan-naħal.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja u s-Sajd, Clint Camilleri qal li d-deċiżjoni ttieħdet ukoll fl-interess tal-bdiewa stess.

Clint Camilleri qal “kien ukoll għall-ġid tal-bdiewa stess li l-prodott lokali jkun ħieles minn din it-tip ta’ insettiċida u l-konsumatur jista’ jserraħ moħħu li prodott lokali minn Malta huwa ħieles minn din l-insettiċida għall-kuntrarju ta’ prodotti li jiġu impurtati minn barra l-pajjiż mill-UE stess għaliex it-92% tal-prodotti li jiġu impurtati f’Malta ġejjin minn pajjiżi li għadhom m’għamlux projbizzjoni ta’ din l-insettiċida”.

Tmien pajjiżi oħra fl-Unjoni Ewropea diġà għamlu projbizzjoni jew saħansitra ma ħallewx dan il-bexx jiġi rreġistrat f’pajjiżhom.

Il-bdiewa Maltin li jużaw dawn l-insettiċida se jkunu mgħejjuna jsibu prodotti alternattivi u għal dan il-għan jistgħu jċemplu freephone 80072213 biex jitkellmu mal-esperti dwar prodotti alternattivi li jistgħu jużaw u kif se jiddisponu mill-bexx li għandhom b’din il-kimika.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

“Għajnu Aħmar it-Tonn” jew “It-Tonn tal-Melliħin” kienet l-għajta tas-sajjieda Melliħin li sal-bidu tas-sittinijiet kienu jbiegħu t-tonn li jaqbdu bit-Tunnara. Is-sajd bit-tunnara nqata’ iżda fil-mużew tat-Tunnara fil-bajja tal-Mellieħa, għaqda volontarja Melliħija ikkonservat…

Pulizija

Fl-aħħar xahrejn, l-uċuħ ta’ erba’ Pulizija saru familjari mal-komunità tal-Mellieħa. Ir-residenti laqgħuhom u jqisuhom “ta’ ġewwa”. Dawn l-erba’ uffiċċjali jiffurmaw l-ewwel Community Policing Team fi proġett pilota mniedi mill-Korp. Intervistat…

Malta

Fil-Greċja, hemm madwar 3,500 persuna b’konnessjonijiet Maltin, il-maġġoranza f’Korfu fejn jgħixu Griegi b’nisel Malti li saħansitra jwasslu sar-raba’ u l-ħames ġenerazzjoni. Waqt żjara fil-Greċja, il-President George Vella ltaqa’ ma’ rappreżentanti…

Aktar