
Sa sitt xhur oħra, Malta se tkun fost l-ewwel 10 pajjiżi fid-dinja bi strateġija nazzjonali dwar l-Intelliġenza Artifiċjali. Is-Segretarju Parlamentari għall-Innovazzjoni, Silvio Schembri, tkellem dwar dan meta nieda għall-konsutazzjoni pubblika dokument dwar din l-istrateġija.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Innovazzjoni, Silvio Schembri, qal li bl-istess mod kif Malta kienet pijuniera b’qafas regolatorju fl-industrija tal-gaming u l-blockchain, l-istess se tagħmel fil-qasam tal-Intelliġenza Artifiċjali.
Waqt li nieda dokument bl-istrateġija għall-konsultazzjoni pubblika, is-Sur Schembri qal li l-viżjoni tal-Gvern hi li Malta tkun il-post minn fejn il-kumpaniji jiżviluppaw il-proġetti bl-Intelliġenza Artifiċjali.
“L-AI, li għandha tliet strategic pillars, fosthom li nattiraw kumpaniji lejn pajjiżna. Naraw li dawn it-teknoloġiji jiġu implimentati fis-Settur Pubbliku u eventwalment fis-settur privat. Dan jista’ jsir b’dawk li qed ngħidulhom enablers jiġifieri mill-aspett ta’ work-force u aspett edukattiv però mbagħad ukoll mill-aspett legali u ta’ promozzjoni,” qal is-Segretarju Parlamentari.
L-għan ta’ dan id-dokument illi fi żmien imbagħad 6 xhur ikollna żviluppat strateġija li tpoġġi lil Malta fost l-ewwel 10 pajjiżi fid-dinja li jkollha strateġija fuq l-AI.
Is-Sur Schembri qal li l-proposti u r-reazzjonijiet għal dan id-dokument ta’ 44 paġna se jintlaqgħu sat-22 t’ April.
Hu ħabbar li Malta se terġa’ tospita d-Delta Summit f’Ottubru li ġej/ Is-Sur Schembri qal li f’dan is-summit, li għalih jattendu kumpaniji ta’ stoffa fil-qasam tat-teknoloġija diġitali, huwa opportunità tad-deheb biex Malta turi li tinsab fuq quddiem nett b’regolamenti f’dawn it-teknoloġiji.
Il-mexxej Laburista ntlaqa’ wkoll mill-partitarji fil-pjazza ta’ Ħaż-Żebbuġ. Huwa enfasizza li wara t-12 ta’ Jannar, il-Partit Laburista m’għandux bżonn numri biex juruh is-saħħa tiegħu għax huwa partit li jħoss il-polz…
Dalgħodu l-pulizija reġgħet bagħtet għall-eks chief of staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri. Television Malta jinsab infurmat li dalgħodu l-Pulizija mit-Taqsima tar-Reati Ekonomiċi reġgħet interrogat lis-Sur Schembri u tteħditlu wkoll stqarrija….
Il-Prim Ministru Joseph Muscat indirizza l-folla li nġabret in-Naxxar fejn qal li ”xogħlna issa li nħarsu ‘l quddiem.” Huwa qal li jinsab kburi b’dan il-moviment u f’dan kollu ”l-aħna akbar…
Din hija ħarsa ħafifa lejn il-gazzetti ppubblikati llum il-Ħadd 8 ta’ Diċembru 2019. Fl-ewwel paġna ta’ The Sunday Times of Malta insibu ritratt tal-laqgħa tal-Prim Ministru Joseph Muscat mal-Papa Franġisku…