Trasport
Malta se toġġezzjona mal-UE fuq regolamenti ġodda għall-ġarr ta’ merkanzija

Il-Ministru għat-Trasport, Ian Borg qal li l-Gvern Malti se juża l-mezzi legali kollha biex jipprova jwaqqaf regolamenti ġodda tal-Unjoni Ewropea dwar il-ġarr tal-merkanzija milli jidħlu fis-seħħ, għax qal li dawn se jkollhom impatt negattiv ħafna fuq il-kompetittività ta’ Malta.

F’laqgħa mar-rappreżentanti ta’ erba’ kumpaniji Maltin tat-trasport tal-merkanzija, qabel laqgħa dwar din il-kwistjoni fi Brussell, Dr Borg qal li l-Gvern qed jappoġġja lill-operaturi Maltin u jifhem id-diżappunt tagħhom għal dawn ir-regolamenti li fost l-oħrajn se jobbligaw l-operaturi jġibu t-trakkijiet lura Malta kull ftit żmien, liema obbligu mistenni joħloq sfidi loġistiċi u spejjeż akbar.

Il-Ministru Borg qal li bħala gżira-stat fil-periferija tal-Ewropa, qed titlob li dawn ir-regolamenti bħala parti mill-pakkett tal-mobilità tal-Unjoni Ewropea jiġu annullati. Dr Borg qal li Malta ingħaqdet ma’ tmien pajjiżi oħrajn li għandhom l-istess oġġezzjonijiet. Dawn huma Ċipru, il-Bulgarija, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja u r-Rumanija. Spjega li għada f’Dar Malta fi Brussell se ssir laqgħa bejn il-Ministri tat-Trasport ta’ dawn il-pajjiżi u wara se jispjegaw l-oġġezzjonijiet tagħhom lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Frans Timmermans. Fl-istess waqt għaddejjin diskussjonijiet mal-Kummissarju Ewropew responsabbli mit-Trasport, Adina Valean.

Dr Borg qal li l-Kummissjoni Ewropea qiegħda tagħmel studju dwar l-impatt ta’ dawn ir-regolamenti minħabba li dawn daħlu fis-seħħ b’mod differenti milli kienet proponiet il-Kummissjoni stess.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Koppja Maltija li tinsab abbord cruise fil-Mediterran għamlet appell imqanqal lis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika biex tikkunsidra mill-ġdid id-deċiżjoni li ma titħalliex tinżel Malta. Marthese Bonello u Joseph Mercieca kitbu ittra pubblika…

Qorti

Tneħħew l-ispejjeż tal-qorti għal persuni li fil-ġranet u fil-ħinijiet normali tax-xogħol jitolbu li jinfetaħ ir-reġistru tal-qorti biex jippreżentaw rikorsi urġenti fir-reġistru tal-Qorti. Dan sar b’avviż legali minħabba li r-reġistru tal-qorti…

COVID-19

Ma nstab ħadd jikser il-kwarantina obbligatorja waqt l-425 spezzjoni li saru fl-aħħar sigħat madwar Malta u Għawdex, bl-appell jittenna biex kulħadd jibqa’ responsabbli u jikkopera mad-direttivi li jingħataw mill-awtoritajiet. Madanakollu 4…

Lokali

Wara riformi li saru inkluż tisħiħ tar-riżorsi umani fil-FIAU skont ir-rakkomandazzjonijiet, tal-Money u tal-Awtorità Bankarja Ewropea l-Aġenzija li tgħasses fuq il-ħasil tal-flus, kellha żieda qawwija f’rapporti dwar transazzjonijiet finanzjarji suspettużi….

Aktar