Lokali
Malta se tospita d-djalogu tal-5+5 fl-aħħar tal-ġimgħa d-dieħla

Fl-aħħar tal-ġimgħa d-dieħla, Malta se tospita d-djalogu tal-5+5. Magħruf ukoll bħala d-djalogu tal-Mediterran tal-Punent, id-djalogu tal-5+5 hu laqgħa informali li ġġib flimkien liż-żewġt ixtut tal-Mediterran tal-Punent – Franza, l-Italja, Malta, il-Portugall u Spanja min-naħa Ewropea, u l-Alġerija, il-Libja, il-Marokk, il-Mawritanja u t-Tuneżija min-naħa tal-Afrika ta’ Fuq.

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin, Carmelo Abela qal li Malta ħadet ir-responsabbiltà tal-kopresidenza tan-naħa ta’ fuq għal perjodu ta’ sentejn f’laqgħa li saret sena ilu. Spjega li t-temi li se jiġu diskussi huma l-migrazzjoni, il-proċess tal-paċi fil-Lvant Nofsani, is-sitwazzjoni fil-Libja u t-tibdil fil-klima.

Il-Ministru Abela qal li dan id-djalogu qed isir għax il-Mediterran huwa fil-qofol tar-relazzjonijiet barranin ta’ Malta bl-għan li jiġu garantiti l-paċi, l-istabbiltà, u futur sostenibbli għar-reġjun. Il-Ministru Abela qal li l-għan tad-Djalogu 5+5 huwa li jassigura kooperazzjoni eqreb bejn il-pajjiżi Ewropej tan-Nofsinhar u l-pajjiżi tal-Magreb.

Il-Ministri tal-Affarijiet Barranin u l-kapijiet tad-delegazzjonijiet li se jattendu se jkollhom ukoll laqgħa ma’ żgħażagħ li se jkunu qed jipparteċipaw f’seminar organizzat mill-Fondazzjoni Anna Lindh, li hu kofinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea.

 

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Waqt li hemm stennija għall-azzjonijiet li se jittieħdu mill-Gvern wara l-konsultazzjoni pubblika li saret fuq it-traffikar uman u l-prostituzzjoni, stħarriġ mill-programm INSIGHTS li jixxandar illejla fuq TVM, wera li l-prostituzzjoni…

Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li min qed jinvestiga l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia għandu jkollu l-kuraġġ jasal sal-aħħar għax warajh se jsib l-appoġġ u d-difiża ta’…

Agrikultura

Skola fiż-żona “Taż-Żokrija” fil-Mosta li tifforma parti mill-Kulleġġ Maria Reġina għandha ċentru mnejn toffri lill-istudenti fl-aħħar tliet snin tas-sekondarja tagħlim fuq l-agrikoltura u t-trobbija tal-annimali. Mifrux fuq erbat elef u…

Aktar