Lokali
Malta se tospita konferenza internazzjonali dwar il-gaming u l-arti diġitali

Konferenza internazzjonali fil-qasam tal-arti diġitali u l-gaming ser tkun qiegħda tittella’ għall-ewwel darba f’Malta għat-tliet snin li ġejjin.

Dan l-avveniment, bl-isem ta’ Trojan Horse Was a Unicorn se jġib flimkien diversi kumpaniji minn madwar id-dinja, fosthom dawk li joperaw fil-oqsma tal-gaming, il-films u l-marketing.

Konferenza li ġġib flimkien mal-1,200 persuna mill-industrija tal-gaming u l-arti diġitali minn madwar id-dinja, ser tkun qiegħda titella’ f’Malta f’Settembru li ġej, bl-isem Trojan Horse Was a Unicorn. L-avveniment li fil-ħames snin mindu twaqqaf itella’ fil-Portugall, huwa wieħed mill-akbar tat-tip tiegħu fl-Ewropa u huwa meqjus bħala opportunita ta’ tagħlim u ispirazzjoni għall-artisti tal-industrija diġitali.

Il-fundatur ta’ dan l-avveniment, Andre Luis, qal li għażlu lil Malta għat tliet snin li ġejjin għal diversi raġunijiet fosthom il-prospetti tajbin tal-industrija tal-gaming u l-arti diġitali f’Malta.

Andre Luis qal li “the mentality and the project which the Maltese Government showed to us. We came here, we saw the location, we realized that this is perfect for the project we wanted and the Maltese Government had the same vision and the same passion that building a new digital hub for this industry, so that is why we chose Malta in the end.”

Is-sur Luis spjega kif waqt li l-konferenza ta’ din is-sena tinsab kważi mimlija, il-promozzjoni għal dan l-avveniment qiegħda ssir f’diversi pajjiżi madwar id-dinja.

“We promoted in Montreal and Tokyo so far, and after this years event we shall be going to Seattle, London, Berlin and Sao Paolo to promote the 2019 event, it has been a challenge for us, why Malta but so far we have been succesful to spread the message I think” qal Andre Luis.

Huwa spjega kif l-industrija tal-gaming f’Malta serviet ta’ interess għal numru ta’ kumpaniji internazzjonali u anki universitajiet.

Andre Luis qal li “it’s bigger than I expected, it was a bit of a surprise to be honest, but more important is the possibilities that we can attract talent and we had meetings with universities and they are opening to make improvements and to work together to make something bigger and better for the world.”

Il-konferenza Trojan Horse Was a Unicorn ser tkun qiegħda tittella’ fuq sitt ijiem fl-aħħar ta’ Settembru li ġej.

 

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

Matul il-lejl, grupp ta’ 61 immigrant mistennija jiddaħħlu Malta wara li sabu ruħhom f’diffikultà bejn sema u ilma. Stqarrija tal-Forzi Armarti qalet li ċ-ċentru tal-kordinazzjoni tas-salvataġġ Maltiillum tard waranofsinhar kien…

Infrastruttura

Il-pontijiet li jaqsmu l-ibliet u jħaffu t-traffiku huma meħtieġa iżda l-manutenzjoni tagħhom hija daqstant importanti biex jiġu evitati diżgrazzji. Ftit tal-ġimgħat ilu Infrastructure Malta lestiet l-ewwel fażi ta’ tisħiħ tal-Pont…

Ambjent

Wara li f’lejlet Santa Marija nirien ħakmu l-Maqluba fil-Qrendi u għal diversi jiem ma kinux ntfew għalkollox, l-espert fil-biodiversità, Alfred Baldacchino, qal li l-ħsara li saret m’hijiex biss fis-siġar li…

Aktar