Lokali
Malta se tospita l-laqgħa tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-pajjiżi tal-Punent tal-Mediterran

Malta se tospita l-15-il laqgħa tal-5 pajjiżi tal-Punent tal-Ewropa u l-5 pajjiżi tal-Afrika ta’ Fuq li lkoll jinsabu fil-Punent tal-Baħar Mediterran li matulha se jkunu qed jiddiskutu l-futur sostenibbli f’dan ir-reġjun.

Din il-laqgħa, magħrufa bħala l-5+5, se ssir bejn is-17 u d-18 ta’ Jannar se titratta l-isfidi li hawn f’dan ir-reġjun, filwaqt li hija ntiża biex isir skambju t’ideat dwar kwistjonijiet importanti li huma ta’ interess komuni bejn dawn l-10 pajjiżi, fosthom is-sitwazzjoni tal-Libja, il-Proċess ta’ Paċi fil-Lvant Nofsani u s-Sahel, kif ukoll il-migrazzjoni u l-bidla fil-klima.

Id-dettalji ngħataw f’konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministru Carmelo Abela, li se jkun qed jippresiedi l-laqgħa flimkien mal-Ministru Alġerin Abdelkader Messahel.  Qabel tibda l-laqgħa tal-5+5, il-parteċipanti se jiltaqgħu ma’ numru ta’ żgħażagħ, kif ukoll mal-Parlament Malti.

Minbarra l-Ministri tal-Affarijiet Barranin ta’ dawn l-10 pajjiżi, li huma l-Italja, Franza, Malta, il-Portugall, Spanja, il-Mawritanja, il-Marokk, l-Alġerija, it-Tuneżija u l-Libja, se jkun hawn Malta wkoll ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll rappreżentanti mill-Unjoni tal-Mediterran, l-Unjoni Għarbija tal-Maghreb, il-Fondazzjoni Anna Lindh u l-Assemblea Parlamentari tal-Mediterran li għandhom status ta’ osservatur f’din il-laqgħa.

L-għan aħħari huwa li l-pajjiżi tal-5+5 jikkoperaw iktar mal-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi tal-Maghreb, filwaqt li jintegraw iktar bejniethom biex jindirizzaw kwistjonijiet Mediterranji bi djalogu, fiduċja u qsim ta’ informazzjoni.

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin, Carmelo Abela qal li Malta ħadet ir-responsabbilità tal-kopresidenza tan-naħa ta’ fuq għal perjodu ta’ sentejn f’laqgħa li saret sena ilu. Spjega li t-temi li se jiġu diskussi huma l-migrazzjoni, il-proċess tal-paċi fi Lvant Nofsani, is-sitwazzjoni fil-Libja u t-tibdil fil-klima. Il-Ministru Abela qal ukoll li se tingħata importanza lir-rwol taż-żgħażagħ permezz ta’ seminar imsejjaħ Young Mediterranean Voices.

Aħbarijiet Oħra
Elezzjoni

F’attività politika fil-Mellieħa, il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar l-Istrateġija Nazzjonali tal-Isport li tnediet aktar kmieni matul il-ġurnata. Qal li u jemmen li hemm potenzjal kbir f’dan is-settur u għalhekk…

NGOs

Il-Prim Ministru Joseph Muscat inawgura hub modern u tal-għola standards fil-Marsa msejjaħ The Meeting Place li ser isservi biex ikollhom spazju fejn jiltaqgħu l-għaqdiet mhux governattivi li jaħdmu fl-oqsma tal-edukazzjoni,…

Elezzjoni

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat qal li l-iskema biex jingħataw ħlasijiet lill-eluf ta’ ħaddiema approvata mill-Kabinett saret biex issir ġustizzja ma’ iktar ħaddiema f’diversi oqsma fosthom ex ħaddiema…

Elezzjoni

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li, għal dan il-Gvern, Għawdex mhuwiex prijorità. Waqt attività politika fin-Nadur Ghawdex illejla, Dr Delia sostna li hemm kuntrast qawwi mal-investiment li kien għamel…

Aktar