Lokali
Malta t-8 pajjiż bl-anqas taxxa fl-UE

Ċifri tal-Eurostat dwar il-livell tat-taxxa paragun mal-prodott domestiku gross tal-pajjizi membri tal-Unjoni Ewropea, ipoġġu lil Malta bħala t-tmien pajjiz fost 28 li għandhom l-anqas taxxa.

Miċ-ċifri joħroġ li l-Irlandiżi huma lanqas intaxxati proporzjonalment mal-GDP tal-pajjiż. Mil-banda l-oħra l-aktar intaxxati huma l-Franċiżi.

Il-Eurostat qal li s-sena li għaddiet, il-livell ta’ taxxa żdied xi ftit fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea inkluż fil-pajjiżi tal-Ewro. Il-piż tat-taxxa mqabbel mal-GDP is-sena li għaddiet żdied f’Malta b’0.6% u issa huwa fil-livell ta’ 33.6% tal-Prodott Domestiku Gross. Il-medja tat-taxxa fil-pajjiżi taż-żona Ewro hija ta’ 41.3%, kwazi 8% aktar minn ta’ Malta.

 

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia akkuża lill-Gvern li tilef ir-ruħ soċjali tiegħu, u li qed itellef lil pajjiż mill-fibra morali, tant li fi kliemu sar pajjiż li fih xi ħadd…

Politika

Il-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, qal li issa huwa ż-żmien biex ikun hemm diskussjoni serja dwar l-integrazzjoni biex kulħadd iħossu ugwali. Dr Muscat qal li dan huwa…

Kultura

Festival ta’ films kontemporanji Taljani se jkun organizzat bejn għada u l-Ħadd li ġej mill-Istitut Taljan tal-Kultura b’kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv u l-Programm għall-Istudji tal-Film tal-Università ta’ Malta. Cinema Italia…

Saħħa

Il-kumpanija tal-Gvern Malta Air Travel ippubblikat sejħa għall-proposti biex jinstab operatur għas-servizz tal-ajru bejn Għawdex u Malta. Fi stqarrija konġunta bejn il-Ministeru tat-Turiżmu u l-Ministeru għal Għawdex intqal li l-ħelikopter…

Aktar