Eurovision
Malta tgħaddi għall-finali tal-Eurovision f’Tel Aviv

Malta tgħaddi għall-finali tal-Eurovision Song Contest 2019 ta’ nhar is-Sibt li ġej.  Michela se tkun qed tkanta Chameleon fil-finali, wara li Malta ilha ma tgħaddi mis-semifinali mill-2016 meta dakinhar irrappreżentat lil Malta l-kantanta Ira Losco.

L-10 pajjiżi li għaddew mis-semifinali tal-llum huma t-Tramuntana tal-Maċedonja, l-Olanda, l-Albanija, l-Isvezja, ir-Russja, l-Ażerbajġan, id-Danimarka, in-Norveġja, l-Isvizzera u Malta.

Dawn l-10 pajjiżi se jingħaqdu mal-10 pajjiżi li għaddew nhar it-Tlieta fl-ewwel semifinali, kif ukoll il-5 pajjiżi msejħa kbar u l-pajjiż li qed jospita l-Eurovision għal total ta’ 26 finalist.

Ara wkoll:

Liema huma l-10 pajjiżi li għaddew għall-finali tal-Eurovision?

ARA: Wirja enerġetika minn Michela bil-kanzunetta Chameleon

Aħbarijiet Oħra
Lokali

“Għajnu Aħmar it-Tonn” jew “It-Tonn tal-Melliħin” kienet l-għajta tas-sajjieda Melliħin li sal-bidu tas-sittinijiet kienu jbiegħu t-tonn li jaqbdu bit-Tunnara. Is-sajd bit-tunnara nqata’ iżda fil-mużew tat-Tunnara fil-bajja tal-Mellieħa, għaqda volontarja Melliħija ikkonservat…

Pulizija

Fl-aħħar xahrejn, l-uċuħ ta’ erba’ Pulizija saru familjari mal-komunità tal-Mellieħa. Ir-residenti laqgħuhom u jqisuhom “ta’ ġewwa”. Dawn l-erba’ uffiċċjali jiffurmaw l-ewwel Community Policing Team fi proġett pilota mniedi mill-Korp. Intervistat…

Malta

Fil-Greċja, hemm madwar 3,500 persuna b’konnessjonijiet Maltin, il-maġġoranza f’Korfu fejn jgħixu Griegi b’nisel Malti li saħansitra jwasslu sar-raba’ u l-ħames ġenerazzjoni. Waqt żjara fil-Greċja, il-President George Vella ltaqa’ ma’ rappreżentanti…

Aktar