Lokali
Malta tappoġġja dikjarazzjoni għall-paċi f’għeluq il-mitt sena mit-twelid ta’ Nelson Mandela

Il-problema dinjija tad-droga kienet diskussa f’laqgħa ta’ livell għoli mmexxija mill-President tal-Istati Uniti, Donald Trump.

Il-laqgħa saret fil-bini tan-Nazzjonijiet Magħquda, fejn il-Prim Ministru Joseph Muscat beda ġimgħa impenjattiva ta’ laqgħat li se tilħaq il-qofol tagħha bid-diskors tiegħu fl-Assemblea Ġenerali nhar il-Ħamis.

Lejlet il-ftuħ uffiċjali tal-Assemblea Ġenerali, Malta saret waħda mill-pajjiżi firmatarji ta’ dikjarazzjoni għall-paċi f’għeluq il-mitt sena mit-twelid ta’ Nelson Mandela.

Kapijiet tal-gvern minn 124 pajjiż, fosthom il-Prim Ministru Joseph Muscat sejħu għal azzjoni dinjija għall-problema tal-użu tad-droga madwar id-dinja.

Fil-ftuħ tal-avveniment imsejjaħ “Global Call to Action on the World Drug Problem”, il-President tal-Istati Uniti Donald Trump qal li r-rapport dinji dwar id-droga din is-sena rrimarka li l-produzzjoni tal-kokaina u opium laħqet l-ogħla livelli u l-imwiet madwar id-dinja kawża tad-droga żdiedu b’sittin fil-mija fi ħmistax-il sena – mis-sena 2000 sal-2015.

Donald Trump qal li d-drogi illeċiti huma marbuta mal-kriminalità organizzata, finanzjamenti illegali, il-koruzzjjoni u t-terroriżmu.

Il-President tal-Istati Uniti tal-Amerika, Donald Trump qal “the call is simple. Reduce drug demand. Cut off the supply of illicit drugs, expand treatment and strengthen international cooperation. If we take these steps together, we can save the lives of countless people in all corners of the world.”

Is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda, Antonio Gutteres qal li s-sitwazzjoni hi allarmanti. Dan hekk kif qal li mal-450,000 persuna madwar id-dinja jmutu kull sena kawża ta’ overdose jew kumplikazzjonijet minħabba l-abbuż tad-droga.

Lejlet il-ftuħ uffiċjali tat-73 Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet fi New York, il-mexxejja addottaw dikjarazzjoni politika, li tafferma mill-ġdid il-valuri tal-ex President tal-Afrika t’Isfel Nelson Mandela.

Dan seħħ waqt laqgħa li fakkret il-mitt sena mit-twelid tal-ex President tal-Afrika t’Isfel, Nelson Mandela. Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela qal li f’dinja globalizata, in-nuqqas ta’ paċi tħalli effett fuq il-pajjiżi kollha.

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Carmelo Abela qal “f’għeluq il-mitt sena mit-twelid ta’ Nelson Mandela diversi interventi inkluż mill-Prim Ministru li se jagħmel intervent biex aħna wkoll nenfasizzaw fuq l-importanza tal-paċi u ninsabu hawnhekk fil-bini tan-Nazzjonijiet Magħquda fejn f’dan l-isfond ta’ din il-laqgħa niffukaw aktar kif tkun aktar relevanti n-nazzjonijiet magħquda biex nibżgħu għall-paċi fejn teżisti u naħdmu għall-paċi fejn ma teżistix.”

F’dan l-isfond, il-Ministru Abela qal li flimkien ma’ pajjiżi oħrajn fosthom Franza u t-Tuneżija, Malta qed torganizza avveniment maħsub li jħares b’lenti differenti lejn l-immigrazzjoni li mhux bilfors dejjem titqies b’mod negattiv, imma jekk kull pajjiż jerfa’ parti mill-piż għandha wkoll aspetti pożittivi.

L-Assemblea Ġenerali tiftaħ it-Tlieta, bid-diskors tal-Prim Ministru Malti mistenni nhar il-Ħamis waranofsinhar.

Ara wkoll:

ARA: X’qal il-PM meta indirizza l-laqgħa għall-paċi

Aħbarijiet Oħra
Storja

Fl-arkivju notarali fil-Belt ġew konservati bi proċess ta’ restawr id-dokumenti li fihom il-kuntatt tal-għoti tal-George Cross lil Malta f’eżerċizzju li fih ikkollaboraw tliet entitajiet. Il-kuntratt u l-atti notarili tal-għoti tal-George…

Lokali

Messaġġi miżbugħa fuq propjetajiet pubbliċi u privati qed iqajmu tħassib dwar il-mottiv tagħhom. Waqt li xi rapporti qalu li dawn saru mis-Serbi, TVM Malta stħarreġ dwar dawn il-graffiti u l-lingwaġġ…

Politika

Il-Professur Arnold Cassola fi stqarrija qal li mhuwiex xogħol l-Alternattiva Demokratika li tqajjem is-suġġett dwar dibattitu rispettuż dwar l-abort. Cassola qal dan fl-isfond tal-filmat li xandret il-kandidat għall-MEP tal-AD, Mina Tolu,…

Kunsilli Lokali

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, qal li l-Partit Laburista għandu jkollu kwart tal-kandidati għall-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali li jkunu żgħażagħ. Fit-tnedija tal-kampanja START tal-Forum Żgħażagħ Laburisti, Dr Muscat…

Aktar