Enerġija
Malta tiġġenera 7.2% tal-enerġija minn sorsi ta’ enerġija nadifa

Sal-2017, Malta rnexxielha tiġġenera 7.2% tal-enerġija minn sorsi ta’ enerġija nadifa li sal-2017 kienet biss 2.8% inqas mill-mira ta’ 10% stabbilita mal-Unjoni Ewropea. L-istatistika tal-Eurostat turi li meta Malta ssieħbet fl-Unjoni Ewropea kienet tipproduċi biss 0.1% ta’ enerġija.

Iċ-ċifri juru wkoll żieda kostanti fl-enerġija nadifa li minn 4.7% fl-2014 żdiedet għal 7.2% fl-2017. Madankollu ċ-ċifri tal-Eurostat juru li fil-produzzjoni tal-enerġija nadifa, Malta tinsab it-tielet mill-aħħar, qabel biss l-Olanda u l-Lussemburgu li jipproduċu 6.6% u 6.4% tal-enerġija nadifa.

Miċ-ċifri joħrog li Malta tinsab f’pożizzjoni aħjar minn diversi pajjiżi biex tilħaq il-mira ta’ enerġija nadifa. Fl-Unjoni Ewropea, l-Iżvezja hija ċ-champion tal-enerġija nadifa għaliex tipproduċi kważi 55% tal-enerġija nadifa. S’ issa ħdax-il pajjiż tal-Unjoni Ewropea rnexxielhom jilħqu l-mira tagħhom fil-produzzjoni tal-enerġija nadifa.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Il-Pulizija qed jinvestigaw is-sejba ta’ kadavru ta’ mara li kienet ilha mejta 3 xhur. TVM huwa infurmat li l-mara hija Ingliża ta’ 69 sena li nstabet mgħottija bil-kutri fis-sodda fi stat…

Saħħa

Bħalissa f’Malta hawn madwar 7,000 persuna li qed tbati mid-dimenzja, din mistennija titla’ għal 13,000 sas-sena 2050. Fl-ewwel konferenza nazzjonali tad-dimenzja, ġiet diskussa din il-marda, kif tolqot lil ta’ madwarha,…

Lokali

Skont il-Perit Carmel Cacopardo, ir-riżenja ta’ Arnold Cassola mill-Alternattiva Demokratika fuq l-abort hija biss skuża. Intervistat fuq il-programm ta’ Television Malta Ras imb ras, il-Perit Cacopardo qal li hu kien…

Aktar