Eurovision
Malta tikklassifika fis-16-il post tal-Eurovision f’Tel Aviv

Malta kklassifikat fis-16-il post bil-kanzunetta Chameleon kantata minn Michela.  Mill-ġurija professjonali Michela kisbet 75 punt, filwaqt li mit-televoting inkisbu 20 punt għal total ta’ 95 punt.  Il-voti massimi (12-il punt) tal-ġurija Maltija marru għand l-Italja.

Dawn huma l-punti il ngħataw mill-ġurija lil Malta – Ażerbajġan – 10 punti, Maċedonja ta’ Fuq – 5 punti, Olanda – 8 punti, Montenegro – 6 punti, Polonja – 4 punti, Italja – 8 punti, Moldova – 1 punt, Armenja – 4 punti, Ċipru – 3 punti, Russja – 6 punti, Ġermanja – 3 punti, Svezja – 2 punti, Greċja – 5 punti, Latvja – 1 punt, Repubblika Ċeka – 3 punti, Finlandja – 1 punt, Slovenja – 1 punt, u Iżrael – 4 punti.

Ma tawna ebda punt il-Portugall, San Marino, Estonja, Norveġja, Spanja, Awstrija, Albanija, Ungerija, Irlanda, Belarus, Rumanija, Renju Unit, Awstralja, Belġju, Kroazja, Litwanja, Serbja, Iżlanda, Ġeorġja, Danimarka, Franza, u l-Isvizzera.

Id-delegazzjoni Maltija mistennija tirritorna Malta l-Ħadd filgħodu.

Ara wkoll:

Il-Eurovision Song Contest jintrebaħ mill-Olanda wara 44 sena

ARA: Michela b’wirja eċċellenti ta’ Chameleon fil-finali tal-Eurovision

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Fakultà tal-Inġinerija fl-Università ta’ Malta qed torganizza wirja bil-proġetti innovattivi li saru mill-istudenti fil-kors tal-Inġinerija. Ta’ kull sena din isservi ta’ pjattaforma biex l-inġiniera ta’ għada juru dak li jkunu…

Partit Nazzjonalista

Il-laqgħa tal-Grupp Parlamentari t-tieni waħda fi ftit jiem, qed tiżvolġi wara laqgħa mqanqla tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista li ntemmet tard ilbieraħ billejl. Pierre Portelli stqarr li dak li ġara fil-laqgħa…

Partit Nazzjonalista

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia kien l-uniku wieħed barra Pierre Portelli li tkellem fi tmiem il-laqgħa tal-Eżekuttiv tal-Partit u stqarr li ser jagħmel proposti lill-Grupp Parlamentari għat-triq ‘il quddiem. Huwa…

Qorti

Taljan ta’ 44 sena li joqgħod San Pawl il-Baħar ġie mixli b’serq aggravat bi vjolenza fuq anzjan ta’ 77 sena. Il-każ seħħ fl-aħħar tax-xahar l-ieħor minn stabbiliment fi Triq il-Ħġejjeġ,…

Aktar