Eurovision
Malta tikklassifika fit-tmien post fis-semifinali

Malta kklassifikat fit-tmien post fis-semifinali tal-Eurovision li sar nhar il-Ħamis li għadda. Hija kisbet 157 punt.

Fis-semifinali ta’ nhar il-Ħamis għaddew l-Olanda (280 punt), it-Tramuntana tal-Maċedonja (239 punt) l-Isveżja (238 punt), l-Isvizzera (232 punt), l-Ażerbajġan (224 punt), ir-Russja (217-il punt), in-Norveġja (210 punti), Malta (157 punt), l-Albanija (96 punt) u d-Danimarka (94 punt).

Fil-finali Malta kklassifikat fis-16-il post. Mill-ġurija professjonali Michela kisbet 75 punt, filwaqt li mit-televoting inkisbu 20 punt għal total ta’ 95 punt.

Il-Eurovision intrebaħ mill-Olanda bil-kanzunetta Arcade interpretata minn Duncan Laurence. L-Olanda rebħet b’492 punt – 261 mit-televoting u 231 mill-ġurija professjonali. Fit-tieni post spiċċat l-Italja u fit-tielet post ir-Russja. Il-voti massimi (12-il punt) tal-ġurija Maltija marru għand l-Italja. L-iktar pajjiż li tana punti lbieraħ kien l-Ażerbajġan, b’għaxar punti, u wara l-Olanda li tat lil Malta tmien punti.

Aħbarijiet Oħra
Droga

L-Aġenziji li jaħdmu mal-vittmi tad-droga fosthom is-Sedqa u l-Caritas huma tal-fehma li l-użu rikreattiv tal-kannabis m’għandux ikun promoss għax ikattar il-kultura favur l-abbuż tad-droga. Din il-fehma intweriet waqt il-programm Dissett…

Partit Nazzjonalista

Il-President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Kristy Debono qalet fi stqarrija li sabet li 84 mill-200 firma fil-petizzjoni li titlob biex jitlaqqa’ l-Kunsill Ġenerali biex jiddiskuti l-ġejjieni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista huma…

Lokali

Ta’ tnax-il sena sofriet diżabilità minħabba mard u wara ħafna snin ta’ żwieġ kellha tifel bil-kundizzjoni down syndrome. Minkejja l-isfidi, Lorraine Pellicano tgħid li Thomas berkilha ħajjitha u ħerqana li…

Lokali

Meqjusa fost l-ewwel tobba f’Malta li bdiet taħdem bla heda mal-vittmi tad-droga, ħidmet it-tabiba Maria Sciberras tfakkret f’konferenza f’għeluq il-25 sena mit-twaqqif tal-Aġenzija Sedqa u fil-jum internazzjonali kontra l-abbuż u…

Aktar