LGBTIQ
Malta tikklassifika l-aqwa fid-dinja fil-ġlieda kontra l-omofobija u l-orjentazzjoni sesswali

Skont ir-rapport tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Persuni Leżbjani, Gay, Bisesswali, Trans u Intersex (ILGA World) Malta hija l-aqwa pajjiż fid-dinja fil-ġlieda kontra l-omofobija u l-protezzjoni abbażi tal-orjentazzjoni sesswali.  Dan kien ippubblikat ilbieraħ f’rapport fi New Zealand fl-okkażjoni tal-40 anniversarju mit-twaqqif ta’ din l-assoċjazzjoni.

Fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru għall-Ugwaljanza jingħad li mir-rapport jirriżulta li Malta kienet l-unika pajjiż li ssodisfat il-kriterji kollha tal-ILGA World li jinkludu l-protezzjoni kostituzzjonali, il-protezzjoni fil-liġi tax-xogħol, il-protezzjoni kontra kull forma ta’ diskriminazzjoni u mibgħeda, iż-żwieġ ugwali u l-unjoni ċivili, addozzjoni konġunta jew addozzjoni mit-tieni ġenitur, u l-projbizzjoni ta’ prattiċi ta’ konverżjoni jew ir-riklamar tagħhom.

Intqal ukoll li dan it-tragward inkiseb wara li l-Gvern implimenta numru ta’ riformi leġiżlattivi li poġġew lil Malta fil-quċċata Ewropea f’dan il-qasam importanti tad-drittijiet tal-bniedem u l-ugwaljanza, u issa fil-quċċata dinjija.

Din l-aħbar issegwi dik li ħarġet ftit tal-jiem ilu meta pajjiżna għall-ewwel darba għamilha mal-aqwa għaxar destinazzjonijiet turistiċi għall-persuni LGBTIQ.

Ir-rapport sħiħ jista’ jitniżżel minn:

https://ilga.org/downloads/ILGA_State_Sponsored_Homophobia_2019.pdf

Aħbarijiet Oħra
Sport

Fit-tielet logħba tagħhom fil-Kampjonat tal-Amateurs, it-tim ta’ Syria Gżira FC kiseb l-ewwel rebħa bl-iskor ta’ 3-1 kontra Fleur De Lys FC. Il-player Lucky Chizobor skurja żewġ gowls filwaqt li Julius…

Saħħa

Ilbieraħ filgħaxija għadd ta’ nies nġabru quddiem iċ-Ċentru Esplora fil-Kalkara għal mixja simbolika bħala parti mix-xahar iddedikat għall-għarfien dwar il-kanċer tas-sider, magħruf bħala Pink October. Din is-sena n-nisa u l-irġiel…

Brexit

Wara dibattitu f’sessjoni straordinarja fil-House of Commons, il-membri parlamentari ivvutaw favur mozzjoni li tobbliga lill-Prim Ministru biex jitlob estensjoni mill-Unjoni Ewropea għal Brexit. Dan sakemm il-ftehim għall-ħruġ mill-Unjoni Ewropea jiġi…

Lokali

L-invażjoni Torka fit-Tramuntana tas-Sirja ġiet ikkundannata mill-komunità Kurda f’Malta li bl-appoġġ tal-Moviment Graffitti organizzaw manifestazzjoni paċifika quddiem l-Ambaxxata Torka fil-Floriana. Huma kkundannaw dak li sejħu bħala assalt brutali u mingħajr…

Aktar