Politika
Malta tikseb punti tajba fi klassifika li tkejjel il-libertajiet fil-pajjiżi

Malta kklassifikat fost l-iktar pajjiżi ħielsa fid-dinja, b’punteġġ ta’ 91, f’rapport tal-aġenzija internazzjonali Freedom House.

Malta ngħatat il-massimu tal-punti fil-kejl ġeneriku tal-libertà, segwit minn punti tajba fil-libertajiet ċivili u fit-tielet post id-drittijiet politiċi.

L-ogħla punteġġ possibbli huwa 100, u nkiseb minn tliet pajjiżi Nordiċi; il-Finlandja, in-Norveġja u l-Iżvezja.

Pajjiżi li kklassifikaw fl-istess livell ta’ Malta kienu l-Costa Rica, il-Bahamas, il-Litwanja, ir-Repubblika Ċeka, u l-gżejjer St Vincent.

Intant, pajjiżi fl-Unjoni Ewropea bħal Franza, l-Italja, il-Greċja u l-Polonja kisbu inqas punti minn Malta.

Ara hawn il-lista’ ta’ pajjiżi li klassifikaw aħjar minn Malta jew fl-istess livell.

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

L-AFM għaddejja b’operazzjoni ta’ salvataġġ biex issalva 76 immigrant, fosthom 15-il mara li wħud minnhom qed iġorru tarbija, li jinsabu f’diffikultà bejn sema u ilma. Id-dgħajsa, li fuqha jinsabu l-immigranti,…

Kronaka

George Degiorgio, wieħed mit-tliet irġiel akkużati bil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, talab mill-ġdid għas-sospensjoni tal-proċeduri kontrih. L-avukat ta’ Degiorgio, Dr William Cuschieri talab lill-Prim Awla biex tissospendi l-proċeduri kontrih fil-Qorti…

Kronaka

Anzjan ta’ 74 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn vettura f’Ħal Qormi. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-20:30 tal-bieraħ filgħaxija fi Triq il-Vitorja. L-anzjan intlataq minn vettura ta’ tip…

Aktar