Ekonomija u Finanzi
Malta tikseb riżultati varji fl-indiċi tal-aktar ekonomiji sinjuri fid-dinja

Fl-Indiċi tal-World Economic Forum li jiġbor fih l-aktar ekonomiji sinjuri fid-dinja, Malta kisbet riżultati varji għas-sena li għaddiet. Malta niżlet żewġ postijiet bl-indiċi tal-kompettività u spiċċat fit-38 post minn fost 141 pajjiż u fid-dsatax-il post fost it-28 pajjiż tal-Unjoni Ewropea.

Mill-banda l-oħra, Malta kisbet marki tajbin għal dik li hija stabbilita macro ekonomiku u fis-26 post fost l-aqwa sistemi tas-saħħa fid-dinja. Il-World Economic Forum iħares lejn diversi indikaturi biex ifassal l-indiċi tiegħu li jvarjaw mill-produttività sas-sistema politika.

Mill-indiċi joħroġ li l-aktar ekonomiji kompettiviti fid-dinja huma ta’ Singapore, warajh ġew l-Istati Uniti, Hong Kong, l-Olanda, l-Iżvizzerra u l-Ġappun.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-gvern ħabbar il-ftuħ tal-istaġun tal-insib tal-ħarifa għal żewġ speċi: il-pluviera u l-malvizz. Fi stqarrija tas-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali ntqal li wara li evalwa r-rakkomandazzjonijiet tal-kumitat Ornis, l-istaġun…

Sport

Fit-tielet logħba tagħhom fil-Kampjonat tal-Amateurs, it-tim ta’ Syria Gżira FC kiseb l-ewwel rebħa bl-iskor ta’ 3-1 kontra Fleur De Lys FC. Il-player Lucky Chizobor skurja żewġ gowls filwaqt li Julius…

Saħħa

Ilbieraħ filgħaxija għadd ta’ nies nġabru quddiem iċ-Ċentru Esplora fil-Kalkara għal mixja simbolika bħala parti mix-xahar iddedikat għall-għarfien dwar il-kanċer tas-sider, magħruf bħala Pink October. Din is-sena n-nisa u l-irġiel…

Lokali

L-invażjoni Torka fit-Tramuntana tas-Sirja ġiet ikkundannata mill-komunità Kurda f’Malta li bl-appoġġ tal-Moviment Graffitti organizzaw manifestazzjoni paċifika quddiem l-Ambaxxata Torka fil-Floriana. Huma kkundannaw dak li sejħu bħala assalt brutali u mingħajr…

Aktar