Lokali
Malta tilqa’ l-ftehim ta’ waqfien mill-ġlied li ntlaħaq bejn il-partijiet Libjani f’Ġinevra

Malta tilqa’ bis-sħiħ il-ftehim ta’ waqfien mill-ġlied li ntlaħaq bejn il-partijiet Libjani matul it-taħditiet tal-Kummissjoni Militari Konġunta tal- 5+5 f’Ġinevra, u tfaħħar l-isforzi tal-Missjoni ta’ Appoġġ tal-Ġnus Magħquda fil-Libja.

Fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin intqal li l-ftehim li ntlaħaq sabiex ikun hemm waqfien mill-ġlied permanenti kif ukoll l-impenn tal-partijiet Libjani huwa pass importanti biex tinbena l-fiduċja għall-kisba tal-paċi u l-istabbiltà fil-Libja.

Intqal li l-proċess ta’ implimentazzjoni u infurzar huwa imperattiv biex jiġi żgurat is-suċċess ta’ dan il-waqfien mill-ġlied u, għalhekk, nenfasizzaw il-ħtieġa li l-Libjani kollha u l-komunità internazzjonali jappoġġjaw dan il-ftehim.

Il-Ministeru temm jgħid li għaldaqstant, Malta qed tistenna b’ħerqa li jibda l-Forum ta’ Djalogu Politiku Libjan u ttenni li dan il-proċess għandu jkun imexxi mil-Libjani sabiex ikun żgurat li t-tranżiżżjoni politika ikollha suċċess