Ambjent
Malta tingħaqad mad-dinja kollha u ssejjaħ azzjoni immedjata favur il-klima dinjija

Mijiet ta’ eluf ta’ dimostranti, ħafna minnhom żgħażagħ inġabru u qed ikomplu jinġabru fi bliet madwar id-dinja fi protesta biex isejħu għal azzjoni immedjata favur il-klima dinjija.

F’Malta wkoll, attivitsti minn għaqdiet ambjentali nġabru f’Misraħ il-ħelsien b’uĦud imteddu fl-art quddiem il-parlament b’simbolu għal dak li dak li ddeskrivew bħala nuqqas t’azzjoni dwar il-klima. L-attivisti sejħu lill-Parlament biex jiddikkjara emerġenza għall-klima tad-dinja.

Il-protesti, ispirtati mill-attivista żagħżugħa Greta Thunberg, qed isiru f’140 pajjiż. Hija attendiet għal protesta fi New York, fejn iktar minn miljun tifel u tifla li kienu skużati mill-iskola ħadu sehem fid-dimostrazzjoni.

Il-protesti qed isiru qabel mexxejja dinjin jibdew jiltaqgħu fi New York għal summit tan-Nazzjonijiet Magħquda dwar il-bidla fil-klima.

L-ewwel dimostrazzjonijiet saru fl-Awstralja fejn huwa stmat li mat-300,000 dimostrant ħadu sehem fil-protesti. L-Awstralja hija l-ikbar esportatur tal-faħam u l-gass likwidu.

Aħbarijiet Oħra
Agrikultura

“Marzu jgħidlu ikber, April iżbel u Mejju aħsad.” Hekk jgħid il-Malti għall-qamħ. Żmien il-ħsad tista’ tgħid għadda u minn għelieqi kbar lewn id-deheb illum tilmaħ għexieren ta’ balal ta’ tiben…

Parlament

Id-Deputat Prim Minsitru u Minsitru għas-Saħħa Chris Fearne qal li l-Gvern kien infurmat bil-fomm mill-Kap Eżekuttiv ta’ Steward Healthcare f’Malta dwar ix-xiri ta’ ishma ta’ shareholder Amerikan mill-istess Steward Healthcare. …

Trasport

F’toroq battala mill-vetturi matul il-pandemija jidher li l-użu tar-rota żdied, kemm bħala mezz ta’ attività fiżika imma wkoll mezz ta’ trasport alternattiv. Grupp ta’ nisa b’kollaborazzjoni mal-organizzazjoni MOVE ngħaqdu fil-kampanja ROTA…

Edukazzjoni

Il-Ministru għall-Edukazzjoni, Owen Bonnici, qal li fl-operat mill-ġdid taċ-child care centres se jinstab bilanċ bejn il-ħarsien tas-saħħa tat-tfal u l-operat ta’ dawn iċ-ċentri. Dr Bonnici qal li lest jikkunsidra ideat…

Aktar