Ekonomija u Finanzi
Malta tinsisti mal-UE li tibqa’ tgawdi mill-fondi ta’ koeżjoni

Ir-rapport ekonomiku u soċjali dwar Malta li tħabbar ix-xahar l-ieħor mill-Kummissjoni Ewropea ġie diskuss f’konferenza, bis-sehem fost oħrajn, tad-Deputat Segretarju ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-konferenza trattat ukoll l-andament tal-ekonomija Maltija u l-isfidi li għandha quddiemha.

Fil-konferenza sar l-argument li dawn l-isfidi jistgħu jingħelbu jekk Malta jibqa’ jkollha l-finanzjament Ewropew bil-fondi tal-koeżjoni.

Żewġ uffiċjali għolja tal-kummissjoni Ewropea ħadu sehem fi preżentazzjoni dwar ir-rapport tal-Kummissjoni dwar Malta li jittratta l-aspetti ekonomiċi u soċjali.

F’konferenza organizzata mir-rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta, d-Direttur fid-direttorat ġenerali dwar l-ekonomija u l-finanzi Benjamin Angel stqarr li t-tkabbir ekonomiku ta’ 6.2% li Malta kellha s-sena l-oħra issorprenda lill-Kummissjoni Ewropea. Qal li dan it-tkabbir huwa kważi daqs taċ-Ċina.

Is-sur Angel qal li Malta xorta għandha numru ta’ sfidi li trid tindirizza. “There are clearly the need in Malta for further investment to try to alleviate the road congestion that you have at the moment, in waste management, in skills and skilling of the people where Malta scores quite poorly when compared to the EU average in this field, we also flagged issues with the sustainability of the pensions.”

Il-kap tar-rappreżentanza tal-kummissjoni Ewropea f’Malta, Dr Elena Grech qalet li f’għajnejn il-Kummissjoni, Malta għamlet progress kbir, li jrid jigi sostnut. “Il-previzjonijiet tal-Kummissjoni huma li dan it-tkabbir ftit jew wisq bilfors għandu jonqos ftit sakemm jistabilizza, però hija impressjonata bil-kisbiet li għamlet Malta bit-tkabbir li kellha fl-ekonomija.”

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej, Aaron Farrugia, qal li l-isfidi li elenkat il-kummissjoni jistgħu jiġu indirizzati bil-fondi ta’ koeżjoni għas-seba snin li jmiss. “Allura qegħdin nikkonvinċu bl-argumenti tagħna li Malta għandha bzonn aktar investiment, aktar fondi Ewropej.”

Tqanqlu wkoll il-punti li saru fir-rapport dwar il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus, bid-Deputat Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni Celine Gauer qalet li Malta għadha m’għamlitx biżżejjed fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni.

Dwar dan il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna qal li l-Gvern qed isaħħaħ l-awtoritajiet regolatorji b’47 mizura li qed jitwettqu fuq medda ta’ 3 snin. “L-FIAU għandha l-pjan tagħha illi l-European Banking Authority qed taċċetta u hija kuntenta bih u trid tagħmel l-istess ħaġa l-MFSA.”

Il-Ministru Scicluna qal li l-Gvern huwa kommess li tkabbir ekonomiku ikun mifrux mal-ekonomija kollha u jkun jinħass miċ-ċittadini kollha Maltin.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Għar Ħanex kien għar naturali mal-kosta tal-Qrendi bejn Wied iż-Żurrieq u Għar Lapsi. Din il-formazzjoni ġeoloġika rat l-elementi tan-natura jwasslu biex jumejn ilu l-għar iġġarraf. Minfloku ffurmat tieqa, li iżda…

Lokali

Ir-riħ qawwi mix-xlokk il-lvant, forza 7, tella’ kwantità kbira ta’ ramel fit-triq mill-bajja tal-Għadira. Il-preżenza ta’ daqstant ramel fit-triq ħolqot diffikultajiet għas-sewqan tal-vetturi, b’xi karozzi dehru jinstaqu b’diffikultà. Is-sitwazzjoni kienet…

Lokali

Id-Dipartiment tal-Istat Amerikan, permezz tal-kelliema tiegħu, Morgan Ortagus faħħar il-pożizzjoni tal-Gvern Malta wara li rrifjuta li żewġ ajruplani militari Russi jgħaddu mill-ispazju tal-ajru Malti. L-ajruplani kellhom itiru mis-Sirja għall-Venezwela. Il-Gvern…

Kronaka

Raġel ta’ 29 sena mill-Imsida ttieħed l-isptar wara li baqa’ dieħel f’arblu. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-4pm fi Triq il-Kosta. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei. Il-kundizzjoni…

Aktar