Unjoni Ewropea
Malta tippreżenta ilment dwar l-ewwel pakkett ta’ mobilità quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea

Il-Gvern Malti preżenta ilment quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea fejn qed jitlob li ma jkunux implimentati żewġ regoli li jmorru kontra t-trattat tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tat-trasport fuq l-art magħrufa bħala Return- Home of Vehicles u Cabotage-off Period.

Il-Gvern Malti qed jgħid li dawn ir-regoli ser iwasslu biex ixekklu s-suq uniku Ewropew għax ser iżidu l-ispejjes għall-konsumaturi u anke għall-esportazzjoni ta’ gżejjer bħal Malta.

Fi stqarrija mill-Ministeru tat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali ntqal li bħal Malta hemm stati oħra Ewropej li bdew jew ser jibdew il-proċess biex dawn ir-regoli f’dak li jissejjaħ il-Pakkett ta’ Mobilità jkunu annullati.