Lokali
Malta bil-kandidatura għall-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini

Malta ppreżentat uffiċjalment il-proposta tagħha sabiex tilqa’ l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini f’Malta. L-aġenzija, li s’issa qed topera minn Londra, tkun teħtieġ mat-8 xhur biex tirriloka f’pajjiż ieħor f’binja attrezzata apposta għax-xogħol ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ tal-medicini fis-suq.

Fi preżentazzjoni dettaljata mogħtija miċ-Chairman tal-Awtorità Maltija tal-Mediċini, il-Professur Anthony Serracino Inglott spjega kif Malta għandha l-karatteristiċi kollha ideali biex tilqa’ l-Awtorità Ewropea tal-Mediċini. Il-Professur Serracino Inglott qal li Malta qed toffri spazju ta’ madwar 30 elf metru kwadru li minnu tista’ topera din l-aġenzija.

Fisser kif Malta hija attraenti għax għandha esperjenza twila u vasta fil-qasam tal-mediċina, b’nies imħarrġa u speċjalizzati, infrastruttura adegwata, kif ukoll tinsab f’pożizzjoni ġeo-strateġika ideali għall-istakeholders tal-industrija farmaċewtika Ewropea.

Il-Ministru Helena Dalli qalet li Malta lesta tipprovdi diversi għażliet minn fejn tista’ topera din l-aġenzija, li jvarjaw minn binjiet eżistenti sa oħrajn li jistgħu jinbnew apposta skont l-esiġenzi tal-aġenzija. Dr Dalli spjegat kif l-Aġenzija Ewropea qed tikkonsulta mal-impjegati sabiex dawn jirrilokaw f’pajjiż fejn jista’ jkollhom kwalità ta’ ħajja adegwata.

Fil-proposta tagħha, Malta qed tenfasizza fuq l-ospitalità, il-faċilitajiet varji għall-konferenzi, u l-edukazzjoni u s-saħħa b’xejn.

L-aġenzija timpjega mad-900 ruħ u tiġġenera mat-304 miljun ewro fis-sena, li 108 miljuni minnhom tħallashom għall-esperti li jipprovdi l-pajjiż membru minn fejn topera.

Id-deċiżjoni ta’ min se jirbaħ il-jedd li jospita din l-aġenzija mistennija tittieħed malajr kemm jista’ jkun mill-mexxejja Ewropej, aktarx fis-summit ta’ Ġunju li ġej.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Għada jitfakkar il-jum iddedikat lill-persuni li għandhom il-problema tat-temtim. Statistika internazzjonali turi li persuna minn kull mija għandha din il-kundizzjoni, li ħafna drabi tikkawża imbarazzament għal min ibati biha u…

Lokali

Huma mijiet il-Maltin bejn saċerdoti, reliġjużi, żgħażagħ, adulti u anke anzjani li jgħixu u jaħdmu fl-artijiet tal-missjoni; min għal perjodu qasir ta’ żmien u oħrajn fit-tul tant li jiddedikaw ħajjithom…

Lokali

Sadanittant l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia issa jinsabu konċentrati kollha fil-kwartieri ġenerali tal-korp fil-Furjana. Television Malta jinsab infurmat li l-pulizija kompliet titkellem ma’ nies li jistgħu jagħtuha…

Lokali

Il-kumpanija Valletta Cruise Port qed tkompli tinvesti fil-faċilitajiet tagħha fil-Port il-Kbir. Bil-kumpaniji tal-cruise-liners qed ikomplu jordnaw vapuri kbar, il-Valletta Cruise Port qed tippjana t-twessigħ ta’ wieħed mill-mollijiet. Għandha wkoll applikazzjoni…

Aktar