Immigrazzjoni
Malta tirtira minn operazzjoni militari kontra t-traffikar tal-armi fil-Libja

Il-gvern Malti irtira mill-missjoni tal-Unjoni Ewropej li kellha tgħasses kontra t-traffikar tal-armi fiċ-ċentru tal-Mediterran minħabba n-nuqqas ta’ solidarjetà li l-Unjoni Ewropea qed turi ma’ Malta fil-kwistjoni tal-immigrazzjoni irregolari.

Kelliem għall-Gvern ikkonferma li Malta mhux se tieħu sehem f’missjoni Ewropea imsejħa IRINI, li għandha l-għan li twaqqaf t-traffikar tal-armi lejn il-Libja.

Huwa qal li d-deċiżjoni tal-Gvern ittieħdet għax mhix tintwera solidarjetà mill-pajjiżi membri fil-kwistjoni tal-immigrazzjoni irregolari.

Żied jgħid li mill-bidu tas-sena, l-ebda immigrant minn Malta ma ġie rilokat.

Il-kelliem qal li l-Gvern informa lill-Unjoni Ewropea, li Malta m’għadhiex tista’ tikkommetti l-armata Maltija f’din il-ħidma.

Dan il-pass jista’ jwassal biex il-missjoni ma tkunx tista titwettaq kif pjanat bil-pożizzjoni strateġika ta’ Malta kienet kruċjali biex issir ronda fuq il-baħar fil-Lvant tal-Mediterran.

Malta infurmat lill-Unjoni Ewropea li se tuża il-veto fuq id-deċiżjonijiet dwar il-missjoni Irini, li jista iwaqqaf il-finanzjament tal-missjoni.

Ara wkoll:

Dubji kemm Malta tista’ tingħata fondi għal vapuri biex iżommu immigranti f’ibħra internazzjonali

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Malti li jgħix l-Istati Uniti fl-aħħar sigħat esperjenza mill-qrib il-vjolenza u l-protesti li qed isiru f’diversi ibliet Amerikani wara l-qtil tal-Afro Amerikan George Floyd. Joseph Vassallo li ilu jgħix f’Santa…

COVID-19

Konsulent ewlieni tal-ġenetika jemmen li fi żmien ġimagħtejn oħra l-coronavirus jekk nibqgħu attenti jaf jisparixxi minn Malta. Il-Professur Christian Scerri qal li issa li se jitneħħew aktar miżuri restrittivi, importanti…

Pulizija

Iż-żgħażagħ Andre’ Mifsud u Kelsey Bugeja huma fost is-sitta u erbgħin rekluta li bdew taħriġ intensiv fl-akkademja tal-forzi dixxiplinati biex iservu bħala kuntistabbli. Oħrajn se jingħataw iċ-ċans japplikaw f’sejħa li…

COVID-19

Lura għan-normalità, iżda fadal xi ftit miżuri li se jibqgħu fis-seħħ fosthom il-limitazzjonijiet fl-operat tad-diskoteki li huma l-kalamita speċjalment għal ġenerazzjoni żagħżugħa. Organizzaturi ta’ festini mfittxija minn eluf f’Malta qalu…

Aktar