Kurżitajiet
Malta tista’ tivvota għal Gianluca fil-JESC 2017

Għall-ewwel darba Malta se tkun tista’ tivvota għall-kantant Malti Gianluca Cilia bil-kanzunetta Dawra Tond.

Dan hekk kif għall-ewwel darba fil-votazzjon tal-Junior Eurovision Song Contest li se jsir fil-Ġeorġja, nhar is-26 ta’ dan ix-xahar, il-pubbliku jista’ jivvota għall-pajjiż tiegħu.

Din is-sena wieħed jista’ jivvota online fuq junioreurovion.tv minn nhar il-Ġimgħa 24 ta’ Novembru sas-26 ta’ Novembru. Il-votazzjoni tagħlaq waqt li jkun għaddej il-festival u terġa’ tiftaħ għal kwarta wara li l-kantanti kollha jkunu ħadu sehem.

Kull min se jivvota jrid jivvota minimu għal tliet kanzunetti sa massimu għal ħamsa.

Ir-riżultat finali se jkun jiġbor 50% tal-votazzjoni u 50% tal-ġurija.

 

Ara wkoll:

ARA: Dawra Tond – doża qawwija Maltija fil-kanzunetta għall-Junior Eurovision

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Ix-xjentisti qed jagħmlu passi ’l quddiem fil-qasam tat-testijiet bijoloġiċi biex wieħed jintebaħ jekk uliedu jbatux mill-awtiżmu. Dan permezz ta’ testijiet tad-demm u tal-urina. L-istudju tagħhom eżamina tfal bi u mingħajr…

Kurżitajiet

Qassis fi Spanja ma ndunax li kien qiegħed iżewweġ 2 tfajliet. Iż-żwieġ sar fl-1901 fil-Knisja San Jorge, f’A Coruña fi Spanja. Iż-żwieġ bejn Elisa u Marcela huwa l-unika żwieġ bejn…

Kurżitajiet

L-ikel tal-klieb Gravy Train Dog Food tal-kumpanija J.M. Smucker ġew irtirati kollha mis-suq wara li nstabet fih mediċina li tintuża biex traqqad lill-klieb. L-FDA ħarġet stqarrija lbieraħ fejn wissiet lis-sidien…

Kurżitajiet

Xjentisti Amerikani qalu li r-riċerka wriethom li l-missirijiet jistgħu jgħaddu l-kanċer fl-għanqud tal-bajd (ovarju) lil uliedhom bniet. Nisa, li għandhom sfond ta’ kanċer fil-familja huma aktar suxxetibbli għar-riskju tal-kanċer fis-sider…

Aktar