Unjoni Ewropea
“Malta tista’ tkun il-pont bejn l-Ewropa u l-Afrika” – il-President tal-Kummisjoni Ewropea

Sal-aħħar tas-sena, il-Kummissjoni Ewropea mistennija tippreżenta strateġija għall-Afrika, segwita minn laqgħa bejn il-mexxejja taż-żewġ kontenti. Il-President tal-Kummissjon Ewropea, Ursula Von Der Leyen, qalet li s-suċċess tal-Ewropa hu marbut ma’ dak tal-kontinent Afrikan, li fi kliemha hu dinamiku u qed jiżviluppa b’rata mgħaġġla. Spjegat li l-pajjiżi Afrikani iridu li jkun hemm politika ibbażata fuq il-paċi waqt li jinħolqu aktar xogħolijiet f’pajjiżhom. Von Der Leyen żiedet li l-aspirazzjonijiet tal-Ewropej u dawk Afrikani huma simili ħafna.

“Its a continent with immense aspirations and potential. A continent that is now setting up a pan african free trade zone. A continent that understands climate change far better than any one else. Africans share many of our aspiration.

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea qalet li r-rabtiet tal-Unjoni Ewropea mal-Afrika imorru lil hinn mill-kwistjoni tal-immigrazzjoni. Irreferiet għall-istrateġija Maltija għall-sħubija mal-Afrika u qalet li Malta tista sservi ta’ pont bejn iż-żewġ kontinenti.

“Malta could be Europe’s bridge to Africa. I am particularly glad that Malta is presenting a strategy for partnership with Africa”

Il-qrubija Ġeografika mat-tramuntana tal-Afrika u r-rabtiet li għandha ma’ diversi pajjiżi Afrikani fi ħdan il-Commonwealth huma fost il-vantaġġi biex Malta sservi ta’ pont bejn iż-żewġ kontinenti. Fl-aħħar ta’ Jannar intemmet konsultazzjoni dwar strateġija li nieda l-Gvern għal sħubija bejn Malta u l-Afrika.

Fost l-isfidi ewlenin ghaż-żewġ kontenti hemm il-kriżi fil-Libja. Il-mibgħut tan-Nazzjonijiet Magħquda fil-Libja, Ghassan Salame qal li t-taħdidiet għal waqfien mill-ġlied sejrin fid-direzzjoni it-tajba, anke jekk xorta kien il-bumbardament tal-port tat-Tripli din il-ġimgħa.

“I never expected a miraculous end of everything in one day. This has been a conflict that has been simmering, or exploding, depending on the time, many times since 2011. And it cannot be solved in one day, but we are incrementally getting there.”

Salame qal dan waqt li kien qed imexxi laqgħat f’Ġinevra bejn il-Gvern rikonoxxut u l-forzi mmexxija mill-Ġeneral Khalifa Haftar. Il-mibgħut tan-Nazzjonijiet Magħquda qal li t-taħdidiet fuq livell politiku mistennija jissuktaw nhar l-Erbgħa.

L-Aġenzija tan-Nazzjonijiet magħquda għal-migrazzjoni qalet fi stqarrija din il-ġimgħa, li aktar minn elfejn immigrant qed jinżammu f’detenzjoni fil-Libja f’kundizzjonijiet li ddeskriviet bħala deplorabbli. L-aġenzija appellat lill-istat membri ewropej biex l-immigranti salvati ma jintbgħatux lura.

Osservaturi nnutaw li fl-aħħar xhur kien hemm żieda fl-għadd ta’ persuni li telqu mil-Libja.