Immigrazzjoni
“Malta tista’ tkun post fejn jiddaħlu l-immigranti biex jintbagħtu f’pajjiżi oħra” – il-Kaptan tal-MV Lifeline

“I saw my mother she had her 92nd birthday. We had nice hours together and it was very important for her to see me.”  Dawn kienu l-ewwel kelmiet li qal il-Kaptan tal-vapur MV Lifeline Claus Peter Reisch f’intervista ma’ TVM.

Lura Malta miż-żjara li tħalla jagħmel lill-ommu fil-Bavarja, il-Kaptan qal li hija ironika kif filwaqt li hawn Malta qed jiffaċċja akkużi kriminali, il-Partit Soċjalista u Demokratiku Ġermaniż ippreżentalu ċertifikat ta’ rikonoxximent għal dak li għamel biex salva l-ħajjiet ta’ immigranti.

Hu wera diżappunt għal dik li sejjaħ nuqqas ta’ azzjoni biex jiġu salavati immigranti fiċ-ċentru tal-Mediterran.  “No NGO ships and no rescue vessels are in the central Mediterranean Sea now. And a lot of people drown. Since June around 800 and it is hard to see that the ships are ceased at harbours and airplanes are not allowed to search the vessels.”

Dwar il-ħajja fuq il-bastiment meta ma tħallewx jidħlu f’portijiet Ewropej, il-Kaptan Reisch qal li kienu joħorġu mal-500 ikla kuljum lill-immigranti. Żied jgħid li ra b’għajnejh ħafna tbatijiet li għaddew minnhom l-immigranti.

“They are tortured very hard. Women, most of them are raped. And this is really hard to see when they come on board. To see the back sides of the men who were beaten with electro cables.  Every politician should have a trip on Lifeline and see this reality,” kompla jgħid il-Kaptan Reisch fl-intervista ma’ TVM.

F’sena u nofs, din kienet is-sitt darba li salva immigranti. Hu ċaħad li njora struzzjonijiet mill-awtoritajiet Taljani u ma tax ċertifikat tajjeb lill-gwardja tal-kosta Libja.  “We never did ignore advises from the Italian MRCC Rome. They just sent us to the Libyans and told us to ask them. But if you ask the Libyans you just don’t get an answer.  We cannot see them with our eyes because they were just arriving but we heard them on the radio and they were just saying ‘Help help, I kill you, I kill you’. I think this is not a good partner for a search and rescue operation.”

Waqt li għaraf li ċ-ċokon ta’ Malta ma jippermettix li tieħu ammont ta’ immigranti, jemmen li tista’ tkun post fejn jiddaħlu l-immigranti biex jintbagħtu f’pajjiżi oħra. Mistoqsi jekk tkellimx mal-Prim Ministu Joseph Muscat, il-Kaptan qal li qatt ma kkomunika miegħu iżda jixtieq li jkollu iċ-ċans li jkellmu.