Malta tista tkun ta’ medjatur tajjeb fl-Unjoni Ewropeja – PM Muscat

12:00h

Il-Prim Minsitru Joseph Muscat u s-Sinjura Muscat żaru l-Mużew ta’ l-Olokawst f’Ġeruslemm. Id-delegazzjoni Maltija kienet milqugħa miċ-Ċerman tal-mużew Avner Shalev, li ta spjega dettaljata dwar kif il-poplu Lhudi jħares il-memorja tal-vittmi ta’ l-olokawst. Dan il-mużew twaqqaf fl-1953 bħala ċentru ta’ dokumentazzjoni, riċerka u edukazzjoni biex il-popli jitgħallmu mill-iżbalji u t-traġedji ta’ l-imgħoddi.

 

===========================

09:00h

Waqt iż-żjara tiegħu fil-Parlament Iżraeljan, il-Knesset, il-Prim Ministru Joseph Muscat iltaqa’ ma l-Ispeaker Yuli-Yoel Edelstein. Tul il-laqgħa, il-Prim Ministru Muscat emfasizza oqsma li fihom għandhom interess komuni Iżrael u Malta. Dr Muscat qal li Malta tista tkun ta’ medjatur tajjeb fl-Unjoni Ewropeja. Waqt il-laqgħa kienet diskussa is-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani u l-Prim Ministru Malti irriafferma il-pożizzjoni ta’ Malta favur soluzzjoni li fiha jkun hemm żewġ stati indipendenti.

L-Ispeaker Yuli-Yoel Edelstein qal li ż-żjara tal-Prim Minsitru Malti se sseddaq ir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Impjegat f’garaxx tal-VRT spiċċa bil-liċenzja sospiża għal għaxar snin wara li ċċertifika karozza li sippost m’għaddietx mit-test. Michael Anthony Cahill miż-Żurrieq, impjegat f’garaxx tal-VRT f’Ħal Luqa, instab ħati li aċċetta…

Saħħa

Fil-Parlament id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Feare qal li matul dan l-istaġun, l-influenza se tkun qed taffettwa persuna minn kull erbgħa. Dr Fearne spjega li l-Influenza B laqtet…

Eurovision

Martin Österdahl ġie appuntat Executive Supervisor tal-Eurovision Song Contest u l-Junior Eurovision Song Contest, minflok Jon Ola Sand, li kien ilu 10 snin fil-kariga. Österdahl kien Executive Producer tal-Eurovision Song Contest…

Politika

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li r-riżenja ta’ Justyne Caruana mill-kabinett hija turija tal-istandard il-ġdid li l-Gvern irid jimxi bih. Dr Abela qal dan f’kummenti li ta lill-ġurnalisti quddiem il-Parlament,…

Aktar