Lokali
“Malta tistenna ftehim ġust”

Bejn il-Ġimgħa u s-Sibt il-mexxejja Ewropej fosthom il-Prim Ministru Robert Abela se jerġgħu jiltaqgħu fiżikament fi Brussell għall-ewwel darba sa minn Frar li għadda anke jekk f’ambjent differenti biż-żamma tad-distanza soċjali u l-ilbies tal-maskri.

L-għan tal-laqgħa hu li l-mexxejja jaqblu fuq il-budget ta’ madwar triljun ewro għas-seba’ snin li ġejjin u fuq il-fond ta’ 750 biljun ewro biex l-ekonomija Ewropea terġa’ tqum fuq saqajha.

Intant, is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej, Stefan Zrinzo Azzopardi, qal li minn dan is-summit Malta tistenna ftehim ġust. Huwa kien qed jitkellem waqt laqgħa virtwali tal-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali bi tħejjija għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew.

Dr Zrinzo Azzopardi qal li fl-aħħar snin, Malta esperjenzat tkabbir ekonomiku b’saħħtu u m’għandhiex tkun penalizzata għall-iżviluppi fir-rigward tal-fond tal-irkupru, iżda dan għandu pjuttost iservi ta’ xprun għal aktar tkabbir. Aktar minn hekk, qal li filwaqt li l-ħtiġijiet tal-istati gżejjer ġew riflessi fl-aħħar proposti, kwistjonijiet oħra għadhom ma ġewx solvuti.

Dwar l-aspett tal-finanzjament, is-segretarju parlamentari qal li Malta se tibqa’ pożittiva u lesta tagħmel kompromessi iżda argumenta li jeħtieġ ftehim ġust.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Fid-dawl tad-delitt tal-ġimgħa l-oħra f’Ħal Millieri allegatament imwettaq minn żewġ żagħżagħ ta’ 18-il sena ħafna tkexkxu li dan ir-reat twettaq minn żgħażagħ u esprimew tħassib dwar il-ġenerazzjoni preżenti, madanakollu l-istoriku…

Politika

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela qal li fil-kwistjoni tal-immigrazzjoni hu senisttiv għall-karba tan-nies, sema’ lin-nies jitkellmu u jrid jkun hu li jagħti r-risposti. Dr Abela qal dan…

Lokali

Fl-aħħar erbat ijiem mindu tħabbru r-regolamenti l-ġodda tal-attivitajiet tal-massa, inħarġet ittra ta’ twissija lil sittax-il stabbiliment ta’ divertiment mit-taqsima tal-infurzar tal-Awtorità tat-Turiżmu li hi responsabbli li tara li l-postijiet qed…

Edukazzjoni

Id-Dipartiment tal-Edukazzjoni ppubblika linji gwida għall-għalliema u lse’s bi preparamenti għall-ftuħ tal-iskejjel fi tmiem ta’ Settembru li ġej. Il-Ministru għall-edukazzjoni Owen Bonnici qal li filwaqt li l-Gvern huwa kommess li…

Aktar