Negozju
Malta titla’ l-ewwel fl-indiċi tal-prezzijiet tal-propjetà fost 57 pajjiż

Malta hija l-iktar pajjiż fid-dinja li ra l-ikbar żieda fil-prezzijiet tal-propjetà bejn April u Ġunju li għadda.

Dan ħareġ mill-Indiċi tal-Prezzijiet tal-Propjetà ta’ Knight Frank LLP li ġew ippubblikati llum, bl-istatistika dwar l-andament tal-propjetà f’Malta nkisbet minn tagħrif tal-Bank Ċentrali ta’ Malta.

Iż-żieda fil-prezzijiet tal-propjetà hija attribwita għad-domanda li qed tiżboq lill-provista tal-bini li hawn f’Malta, fl-isfont ta’ ekonomija robusta li s-sena li għaddiet kibret b’6.6% u industrija tat-teknoloġija li qed iżżid id-domanda għall-propjetà.

A dearth of supply combined with a robust economy that grew 6.6 percent last year and a buoyant tech industry is pushing up demand.

Il-prezzijiet tal-propjetà f’Malta żdiedu bi 17% fit-tieni kwart tas-sena u b’hekk pajjiżna qabeż lil Hong Kong, li huwa l-iktar pajjiż fid-dinja fejn il-propjetà hija għolja wisq u ma tantx hija affordabbli.  F’Hong Kong il-prezzijiet tal-propjetà kompla jiżdied b’16% u huwa t-tieni l-ikbar fost il-pajjiżi kollha tad-dinja.

Skont Knight Frank, Hong Kong kien ilu 10 snin jokkupa l-ewwel post fil-klassifika ta’ dan l-indiċi, iżda l-prezzijiet mistennija jibqgħu stabbli hekk kif fix-xhur li ġejjin se jiżdiedu r-rati tal-interess.  Ma’ Singapore u New Zealand, dawn it-tliet pajjiżi raw il-prezz tal-propjetà jikkalma mir-rankatura bl-introduzzjoni ta’ xi miżuri fl-aħħar tliet xhur.

Wara Malta u Hong Kong, fl-indiċi hemm il-Latvja, is-Slovenja u l-Ungerija li kollha rreġistraw żieda ta’ iktar minn 10% fil-prezzijiet tal-propjetà.

Min-naħa l-oħra l-prezzijiet tal-propjetà fl-Ukrajna, il-Perù u s-Sawdi Għarabja raw tnaqqis ta’ 4.5%, 1.6% u 1.3% rispettivament.  L-indiċi ta’ Knight Frank isir f’57 pajjiż.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Minkejja li 30 sena ilu tilef nofs wiċċu u sofra ġrieħi gravi meta ġġarraf b’ajruplan żgħir, il-bdot Ivan Gatt ma jibżax jirkeb l-ajruplan, la bħala bdot u lanqas bħala passiġġier….

Lokali

Numru ta’ proprjetajiet tal-Gvern li mhumiex jintużaw ser jgħaddu f’idejn għaqdiet mhux governattivi li joffru programmi ta’ housing bħala parti minn skema ġdida mnedija mis-Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali. Is-sejħa għall-applikazzjonijiet…

Lokali

L-Awtorità tal-Ippjanar qalet li għamlet spezzjoni fil-barriera tal-Imqabba li skont artiklu fuq il-ġurnal The Times of Malta għexieren ta’ ħaddiema Torok li jaħdmu għal Taca Construction diġà qed jgħixu fis-sit, fejn…

Toroq

Il-Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar fl-uffiċċju tal-Ombudsman ma sabx li kienx hemm amministrazzjoni ħażina mill-awtoritajiet konċernati fl-iżvilupp ta’ Triq Louis Wettinger f’Ta’ Masrija, magħrufa bħala l-bypass tal-Mellieħa. Dan joħroġ mir-rapport tal-investigazzjoni…

Aktar