Lokali
Malta titlef social worker – tħeġġeġ lit-tfajliet biex jemmnu fihom infushom

“Li kieku kelli nirbaħ it-titlu ta’ Miss Universe nixtieq inħeġġeġ lil dawk it-tfajliet kollha li forsi ma jemmnux fihom infushom u ngħidilhom li s-sbuħija tagħkom hija min intom minn ġewwa, li tkun kind hearted, caring, responsabbli u temmnu fikom infuskom u temmnu fl-abbilitajiet tagħkom u tgħinu li ħaddieħor”.

Dan huwa l-messaġġ li Christa Formosa għamlet tmien xhur ilu, meta ħadet sehem f’Miss Universe Malta. Messaġġ li jirrifletti l-Ħsieb ta’ dawk kollha qrib tagħha li se jibqgħu jiftakruha bħala bniedma ottimista, determinata u maħbuba għall-karattru ferrieħi u għall-qalb tad-deheb tagħha. Ta’ 23 sena mietet fl-isptar fl-aĦjar ta’ żgħożita sigħat biss wara li weġġgħet gravi meta tilfet il-kontroll tal-karozza fi Triq Għajn Riħana, f’Burmarrad.

Christa ggradwat f’Novembru li għadda u kienet taħdem bħala social workers mal-Fondazzjoni tas-Servizzi għall-Ħarsien Soċjali. Għamlet it-teżi tagħha fuq it-tfal ta’ ġenituri li għandhom problemi ta’ saħħa mentali. Bħala deliżju kienet timmudella. Kienet mgħonija bil-kwalitajiet tas-sbuħija kif stqarr ma’ TVM is-sieħeb tagħha, Carlo Ellul, li stqarr li “mill-ewwel sekonda li rajha rajt fiha t-tfajla perfetta”. Żied jgħid li “qatt ma rajt wiċċ isbaħ minn tagħha.”

Fuq Facebook ukoll, ħuha, Nicky Formosa ġedded ukoll il-memorja t’oħtu fi tfulithom, b’ritratt tagħhom it-tnejn meta kienu għadhom tfal żgħar.

Bosta ħbieb tagħha fuq il-midja soċjali esprimew id-dieqa tagħhom wara t-telf ta Cristina li tilfet il-battalja mal-mewt tard is-sibt bil-lejl. Waqt li taw il-kondoljanzi tagħhom lill-qraba ta’ Christa, għażlu li jfakkru l-memorja ta’ Christa billi qasmu ritratti u memorji tagħha.

Ara wkoll:

Tmut it-tfajla li kienet involuta fl-inċident f’Burmarrad ilbieraħ

Min kienet Christa Formosa?

Qatt ma rajt wiċċ isbaħ minn tagħha – jitkellem is-sieħeb ta’ Christa

It-tbissima tagħha mhu se tmut qatt – ħbieb ta’ Christa

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, wiegħed li gvern Nazzjonalista jreġġa’ lura d-demokrazija u jagħti lill-pajjiż viżjoni fit-tul li qal hi nieqsa fl-aġenda tal-gvern preżenti. F’mass meeting quddiem id-Dar Ċentrali f’Tal-Pietà,…

Qorti

Wayne Catania ta’ 29 sena mill-Ħamrun baqa’ miżmum arrestat wara li tessaq il-Qorti akkużat b’attentat ta’ serq ta’ vettura u li seraq u għamel ħsara fi ħwejjeġ ħaddieħor. L-akkużat wieġeb…

Qorti

Malti ta’ 36 sena ġie akkużat li l-Ġimgħa u fil-jiem ta’ qabel f’Ħal Għaxaq hedded u kkawża biża’ lil oħtu. Il-Pulizija xlietu wkoll li ta fastidju u li kkawża vjolenza…

Politika

Dwar l-inkjesta pubblika kkummenta wkoll il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia li qal li fil-jiem li ġejjin se jlaqqa’ l-grupp parlamentari biex jiddiskuti t-twaqqif tal-inkjesta. Qal li jrid il-konfort aħħari li din…

Aktar