Safar
Malta tiżdied fil-lista ta’ kwarantina tar-Renju Unit

Malta, Franza u l-Olanda huma fost il-pajjiżi li żdiedu fil-lista ta’ kwarantina tar-Renju Unit. Dan ifisser li persuni li jivvjaġġaw minn dawn il-pajjiżi għar-Renju Unit iridu jagħmlu 14-il ġurnata kwarantina. Din il-miżura tidħol fis-seħħ għada s-Sibt. Il-Ministru għat-trasport Grant Shapps qal li din il-miżura hija meħtieġa biex iżomm l-għadd ta’ infezzjonijiet ta’ coronavirus baxx.

Franza diġà wissiet li d-deċiżjoni tar-Renju Unit sa twassal għal miżuri reċiproċi. Il-gvern Ingliż ddefenda d-deċiżjoni għax qal li fl-aħħar jiem f’dawn il-pajjiżi – inkluż f’Malta – kien hemm żieda fin-numru ta’ każijiet.

B’nofs miljun turist Ingliż jinsabu fi Franza bħallia, din il-miżura mistennija twassal għal numru kbir ta’ nies li jinġabru fil-portijiet u l-ajruporti biex jevitaw li jkollhom joqogħdu kwaratina meta jaslu lura pajjiżhom.

Aħbarijiet Oħra

Il-Qorti Kriminali ordnat l-iffriżar tal-assi kollha tal-eks chief of staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Keith Schembri, ta’ martu, tal-Managing Partner ta’ Nexia BT Brian Tonna, ta’ Karl Cini u ta’ għadd…

Wara li l-ġimgħa li għaddiet bdew jiċċirkolaw ritratti fuq il-midja soċjali ta’ żewġ persuni fuq is-saqaf ta’ karozza tal-linja fil-Ħamrun, issa qed jiċċirkola wkoll filmat ta’ żewġ ġuvintur fuq saqaf…

L-ispazju hu biċċa uġigħ ta’ ras ukoll fil-mużewijiet. Fil-Mużew Nazzjonali tal-Arti, MUŻA, fil-Belt hemm kollezzjoni ta’ riżerva fejn jinżammu bosta oġġetti preġjati li iżda mhemmx spazju fejn jiġu esebiti –…

Aktar