Lokali
Malta tkompli ssaħħaħ ir-relazzjonijiet diplomatiċi mal-Portugall

Malta u l-Portugall tennew l-impenn tagħhom li jkomplu jsaħħu r-relazzjonijiet ta’ bejniethom waqt iż-żjara statali tal-President Marie Louise Coleiro Preca fil-Portugall

Il-prospetti għat-tisħiħ tal-kuntatti bejn iż-żewġ pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea komplew tjiebu issa li hemm ukoll titjiriet diretti bejn Malta u l-Portugall.

Fi tmiem iż-żjara tagħha fil-Portugall, il-President Marie Louise Coliero Preca qalet li t-taħditiet li kellha mal-mexxejja Portugiżi fil-Portugall se jkomplu jsaħħu r-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi. Qalet li ż-żewġ pajjiżi se jkomplu jaħdmu biex isaħħu d-djalogu bejn il-popli u jesploraw il-possibbiltà ta’ kooperazzjoni akbar fil-kummerċ u t-turiżmu.

”Kienet riaffermazzjoni tar-relazzjonijiet eċċellenti li għandna bejn iż-żewġ pajjiżi imma fuq kollox ukoll fejn kellna riaffermazzjoni tal-bżonn li jkollna konnessjoni fuq livelli differenti, in-nies tan-negozju Maltin u n-nies tan-negozju Portugiżi kellhom opportunità kif jistgħu jiltaqgħu flimkien u jistgħu jikkollaboraw” qalet il-President Coleiro Preca.

Dan l-impenn kien ċentrali f’diversi attivitajiet tad-delegazzjoni tal-President f’Lisbona fosthom f’business forum bis-sehem ta’ imprendituri Maltin u Portugiżi.

Fuq livell soċjali, iż-żjara statali ħadet lil President fiċ-ċentru Champalimaud li huwa ddedikat għar-riċerka biomedika u huwa mmexxi minn fondazzjoni privata.

Il-President semgħat kif iċ-ċentru qed jirriċerka u jiżviluppa kura speċjalizzata għall-kanċer u mard ieħor permezz ta’ metodi multidixxiplinarji. Fiċ-ċentru jagħtu sehemhom uħud mill-aqwa speċjalisti minn aktar minn għoxrin pajjiż mill-oqsma tal-bioloġija, ġenetika, l-immunità, onkoloġija, xjenzi newroloġiċi u psikoloġija.

Il-President flimkien mal-Ministru għall-Ekonomija,Chris Cardona u s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Aaron Farrugia, żaret ukoll il-kwartieri tal-Aġenzija tas-Sigurtà Marittima Ewropea li ilhom ibbażati f’Lisbona mill-2002. L-Aġenzija EMSA għandha l-inkarigu li tnaqqas ir-riskji ta’ inċidenti marittimi u t-tniġġis minn vapuri billi tissorvelja l-portijiet tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.

Iż-żjara tal-President intemmet uffiċjalment f’Fatima fejn żaret il-post tant meqjum u għażiż għall-Kattoliċi, is-Santwarju ta’ Fatima.

F’Fatima, li hija mfittxija kull sena minn eluf ta’ pellegrini anke Maltin, il-President Coliero Preca żaret il-post fejn fl-1917 il-Madonna dehriet lit-tliet itfal Portugiżi Lúcia dos Santos u l-kugini tagħha Francisco and Jacinta Marto.

 

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Raġel ta’ 42 sena mill-Pietà nżamm arrestat wara li ġie akkużat li hedded lil missieru waqt argument fid-dar tagħhom f’Ħaż-Żabbar. Jeffrey Sultana wieġeb mhux ħati li nhar is-Sibt li għadda…

Qorti

Themistocles Attard minn Birżebbuġa nfexx jibki u jħabbat idejh fuq rasu malli sema’ li ser jinżamm arrestat wara li ġie akkużat li wettaq hold up f’ħanut tal-merċa f’Santa Venera u…

Qorti

L-avukat Ann Fenech rebħet żewġ kawżi ta’ libell kontra l-Prim Ministru u l-President tal-Partit Laburista dwar żewġ stqarrijiet li l-Partit Laburista ħareġ li fiha kien implika li Dr Fenech ingħatat…

Qorti

Il-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar qal li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar l-inkjesta Egrant għadhom għaddejjin. Fix-xhieda tiegħu fil-Qorti Kostituzzjonali waqt ir-rikors imressaq mill-Kap tal-Oppożizzjoni biex il-Qorti tordna lill-Avukat Ġenerali jagħtih kopja sħiħa…

Aktar