Immigrazzjoni
Malta toffri li tgħin 39 immigrant – l-Open Arms tgħid jew kulħadd jew ħadd

L-għaqda mhux governattiva Spanjola li tmexxi l-vapur ‘Open Arms’ irrifjutat it-talba tal-awtoritajiet Maltin biex 39 immigrant li tellgħet abbord il-lejl li għadda jiġu trasferiti fuq patrol boat tal-Forzi Armati u jiddaħlu Malta. L-għaqda argumentat li Malta trid tieħu wkoll 121 immigrant ieħor li ġew salvati ‘l barra mil-Libja ġimgħa u nofs ilu.

Il-Gvern Malti fi stqarrija qal li hu responsabbli biss tad-39 immigrant li ġew salvati f’żona ta’ tiftix u salvati ta’ Malta.

39 immigrant li l-lejl li għadda ġew salvati mill-vapur Open Arms waqt li kienu f’diffikultà f’żona ta’ tiftix u salvataġġ fir-responsabbiltà ta’ Malta se jibqgħu fuq l-istess vapur minkejja li l-Armata Maltija offritilhom jiġu trasferiti fuq patrol boat tal-Forzi Armati u jiddaħlu Malta.

Fi stqarrija, il-Gvern Malti qal li l-għaqda mhux governattiva Spanjola ‘Proactiva’ li tmexxi l-vapur irrifjutat li tħallihom jiġu trasferiti għal Malta sakemm ma jiġux trasferiti wkoll 121 immigrant ieħor li ilhom disat ijiem abbord l-istess vapur.

Il-Gvern qal li d-39 immigrant ittellgħu fuq l-Open Arms fl-istess waqt li patrol boat tal-Forzi Armati kienet qed tbaħħar fid-direzzjoni tal-immigranti biex ittellagħhom abbord.

L-immigranti l-oħrajn ilhom mill-1 t’Awwissu fuq l-istess vapur wara li ġew salvati ftit ‘il barra mil-Libja.

Il-President tal-Parlament Ewropew, David Sassoli f’ittra lill-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean Claude Juncker kiteb li l-Kummissjoni għandha tgħin lil 121 immigrant isibu kenn.

Anke l-attur ta’ 69 sena Richard Gere tela’ abbord l-Open Arms ftit ‘il barra minn Lampedusa u appella biex il-vapur jitħalla jidħol f’port sikur.

“Please, help these people, your brothers and your sisters”

Fl-aħħar sigħat il-Ministru tal-Intern Taljan, Matteo Salvini qal li kiteb lill-Gvern Spanjol biex jieħu ħsieb l-immirganti salvati minħabba li l-għaqda li salvathom hija Spanjola. Madankollu, kelliema għall-Gvern Spanjol qalet ma rċevew l-ebda notifika jew tagħrif mill-Gvern Taljan.

Ara wkoll:

L-immigranti abbord l-Open Arms għadhom f’limbu

Aħbarijiet Oħra

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għandu vettura ġdida biex tagħmilha iktar possibbli biex jiġu salvati nies jekk jinqala’ xi inċident f’bini għoli. Il-vettura nxtrat mill-Awtorità tal-Ippjanar hekk kif fl-aħħar snin żdiedu l-binjiet…

Mart il-President ta’ Malta, is-sinjura Miriam Vella qalet li tifhem eżatt il-bżonn ta’ iktar għarfien fuq il-kanċer tas-sider għax tilfet lill-ommha b’dan il-kanċer. Is-sinjura Vella din is-sena hija l-Patruna tal-kampanja…

Il-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Nazzjonalista fi stqarrija qalet li llum għamlet il-verifiki kollha u ġie konkluż li n-numru ta’ tesserati eleġibbli biex jivvutaw fl-elezzjoni għall-ħatra ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista huwa 21,499….

Uffiċjali mill-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-xogħol, l-OHSA qegħdin jiċċertifikaw li kull skola f’Malta u Għawdex hija konformi mar-regolamenti li tfasslu mill-awtoritajiet tas-saħħa. F’kummenti ma’ Television Malta, is-Segretarju Permanenti…

Aktar