Lokali
Malta Together bl-għan li tiġbor ħafna servizzi f’daqqa

Bla dubju li fl-aħħar ġimgħat il-ħajja ta’ kulħadd inbidlet radikalment bir-rutina tkissret u ħafna nies kellhom jaraw kif se jadattaw għal din ir-realtà l-ġdida. Minħabba li għadd ta’ ħwienet għalqu, huma ħafna dawk li daru lejn l-internet biex isibu kif jistgħu jinqdew b’ċertu servizzi online. Fl-aħħar jiem twaqqaf online platform biex jgħin lil dawk li qed ifittxu għadd ta’ servizzi, minn counselling sa tfittxija għal xogħol.

Malta Together hija website li twaqqfet fl-aħħar jiem bl-għan li tiġbor ħafna servizzi f’daqqa. Minħabba l-pandemija tal-coronavirus, ħafna ħwienet u servizzi kellhom jagħlqu l-bibien tagħhom biex jonqos il-kuntatt soċjali kemm jista’ jkun ħalli dan il-virus ma jinfirixx.

Malta Together fiha dettalji dwar id-diversi Helplines li qed jagħtu servizz, dettalji ta’ min jista’ joffri servizzi ta’ counselling, għajnuna għal min qed ifittex xogħol, hemm ukoll taqsima speċjalizzata għat-tfal u ż-żgħażagħ, servizzi għal min għandu annimali domestiċi, u dettalji ta’ servizzi oħra li wieħed jista’ jkollu bżonn f’dawn iż-żminijiet.

Mark Weingard qal ”Many people are facing difficulties living with this social shock is leading to distress and sadness on the one hand and business hardship on the other. Malta together was created to help you cope with these issues. We’re going to do this in many ways. We’ve already launched a portal for social initiatives and businesses. A one stop website where you can find all relevant information such as helplines and counsellings, so if you’re going through some personal problems, mental health problems or your business has a problem you can click on the Counselling button and you’ll find some information on about who to contact to help you.”

Mark Weingard qal li f’dan iż-żmien starordinarju, hu importanti li dak li jkun iżomm ruħu okkupat b’xi attività. Sostna li Malta Together minn żmien għall-ieħor se xxandar filmati ta’ kuraġġ minn persuni magħrufa, bl-ewwel messaġġ ikun tal-ex player u llum coach Ingliż, Gary Neville.

”It’s incredibly challenging times at the moment from a health perspective and all our thoughts are with the health professionals is unique in the sense that we never experienced this before and probably will never experience this again but what will get us through is the strength of the people.”

Malta Together hi inizjattiva bla profitt li twaqqfet minn The Academy of Givers, assoċjazzjoni mwaqqfa bl-għan li tippromwovi l-għaqda u li wieħed jgħin lil xulxin.

Aħbarijiet Oħra

Il-Professur Alexiei Dingli qal li għalkemm it-teknoloġija ilha magħna 70 sena mistennija tkompli tbiddel id-dinja tagħna fl-għaxar snin li ġejjin. Waqt seminar organizzat bħala parti mill-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku dwar il-prospetti…

F’messaġġ fil-bidu tal-ġimgħa ddedikata għas-Servizz Pubbliku, il-Prim Ministru Robert Abela qal li s-Servizz Pubbliku kien u jibqa’ s-sinsla tal-Gvern. Dr Abela rringrazzja li dawk kollha li qamu għall-okkażjoni u taw…

Il-Qorti tal-Appell Kriminali kkonfermat sentenza fil-konfront ta’ Joseph Calleja, li kien jaħdem ma’ Identity Malta. Huwa kien ġie kkundannat erba’ snin ħabs u ordnat jagħti lura €44,400 wara li nstab…

Wara li Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista talab biex tkun posposta l-elezzjoni għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista, il-Kummissjoni Elettorali responsabbli mit-tmexxija tal-elezzjoni qalet li m’hemmx bażi għal din it-talba. Qalet li l-Kummissjoni Elettorali ilha…

Aktar