Trasport
Malta toġġezzjona bidliet f’regoli Ewropej dwar it-trakkijiet tal-merkanzija

Malta ma’ tmien pajjiżi Ewropej qed jaħdmu flimkien biex l-Unjoni Ewropea ma timplimentax regoli proposti għall-industrija tal-ġarr tal-merkanzija. Il-kumpaniji Maltin tat-trailers qed jopponu dawn ir-regoli għaliex iżidulhom l-ispejjeż u mhumiex prattiċi għal pajjiż gżira bħal mhi Malta. Jargumentaw ukoll li fir-regoli l-ġodda, l-Unjoni Ewropea flok tnaqqas it-tniġġis ser iżżidu.

Iċ-Chairman tal-Kumpanija tal-ġarr tal-merkanżija Express Trailers, Franco Azzopardi, qal lil TVM li bidliet fir-regoli Ewropej dwar l-operat tat-trakkijiet fl-Unjoni Ewropea, jekk jidħlu fis-seħħ ser ikollhom impatt kbir fuq l-industrija u spejjes akbar. Ir-regoli jipprovdu benefiċċji akbar għax-xufiera taż-żwiemel li jiġbdu t-trailers, limitazzjoni fuq kemm jistgħu jgħabbu jew iħottu l-merkanzija fl-istess pajjiż u perjodu qabel l-istess żiemel jerġa’ jopera f’pajjiż Ewropew. Fil-każ ta’ Malta, iż-żiemel ikollu jinġieb bil-baħar qabel jagħmel vjaġġi oħra fil-kontinent. Iċ-Chairman tal-Express Trailers Franco Azzopardi qal li kemm mil-lat ta’ spejjes kif ukoll mil-lat ambjentali din il-proposta għandha konsegwenzi ħżiena.

”Din se tiġġenera fuq livell Ewropew, kontra l-Green Deal, xi 4 miljun tunnellata f’emmissjonijiet CO2 iktar għax int dak l-erbat ijiem se titlaq probabbilment vojt, għandek ħin ta’ stennija…”

Waqt li spjega l-kumplikazzjoni li jġibu magħhom dawn il-proposti Ewropej, is-Sur Azzopardi qal li bihom Malta, it-trakkijiet ikollhom jieqfu għal diversi jiem u l-kumpaniji jridu jżidu l-flotta ta’ trakkijiet bejn 15 u 20% oħra biex ilaħħqu max-xogħol. Is-Sur Azzopardi qal li dan kollu jfisser spejjes akbar inkluż għall-pagi ta’ aktar xufiera.

Is-Sur Azzopardi qal li dan il-piż ikbar fuqhom se jaffettwa l-ekonomija u fl-aħħar mill-aħħar lill-konsumatur.

”Jiġifieri fl-aħħar mill-aħħar dawn l-ispejjeż miżjudin se jgħaddu għand l-importatur jew l-esportatur.”

Iċ-Chairman ta’ Transport Malta Joe Bugeja qal li Malta ħadet irwol ewlieni f’kampanja li qed toġġezzjona għal dawn il-proposti.

”Malta u Ċipru ma’ 7 pajjiżi oħra ħloqna lobby ta’ pajjiżi li qegħdin fil-periferija, imma aħna iktar għax l-ekonomija ta’ gżira għandna żvantaġġi kbar li pożittiv minn dak propost m’hemm xejn għal Malta.”

Is-Sur Bugeja qal li l-ġimgħa d-diehħa, il-Ministru tat-Trasport Ian Borg se jmexxi laqgħat fi Brussell għad-disa’ pajjiżi li qed jopponu din il-leġiżlazzjoni Ewropea. Spjega li fost l-argumenti, hemm li dawn il-proposti jmorru kontra l-kompetittività, il-moviment ħieles u l-ambjent.

Iċ-Chairman ta’ Transport Malta qal li l-pajjiżi li qed jimbuttaw dawn ir-regoli jinkludu l-Ġermanja, Franza, l-Italja u d-Danimarka. TVM jinsab infurmat li Malta u t-tmien pajjiżi l-oħra qed jikkunsidraw li jieħdu azzjoni legali kontra l-Unjoni Ewropea jekk dawn ir-regoli jidħlu fis-seħħ.

 

Aħbarijiet Oħra
Pulizija

Il-Korp tal-Pulizija qal li mindu bdiet l-investigazzjoni fis-Sezzjoni tat-Traffiku, 34 uffiċjali jinsabu fuq police bail. Minn dawn, 28 huma sospiżi u qegħdin fuq police bail, 6 rtiraw bil-pensjoni u qegħdin…

Lokali

Il-koppja Marvic u Donovan Scerri qed jippjanaw li jmorru Spanja biex jagħmlu l-proċedura tal-IVF f’dan il-pajjiż li jippermetti li jsir test ġenetiku tal-embrijun qabel ikun impjantat fil-ġuf tal-omm biex ikun…

Lokali

Il-Federazzjoni tal-Produtturi tal-Akwakultura qed tipproponi 20 miżura biex jissaħħaħ il-monitoraġġ u l-kontrolli fl-industrija tat-tonn kemm fuq il-baħar kif ukoll fuq l-art. Il-Federazzjoni tal-Produtturi tal-Akwakultura qed issejjaħ għal miżuri ta’ kontroll…

Saħħa

L-għaqda Dinija tas-saħħa wissiet li l-virus jista’ jasal fil-pajjiżi kollha tad-dinja. Is-Supretendent tas-saħħa Pubblika Charmaine Gauci qalet li waqt li żidedu l-ammont ta’ swabs li ttieħdu fl-aħħar sigħat ta’ nies…

Aktar