Statistika
Malta ttejjeb postha fl-indiċi dinija tad-demokrazija – titla’ fit-18-il post

L-Indiċi tad-Demokrazija ta’ The Economist għall-2018, klassifikat lil Malta fit-tmintax il-post minn 165 pajjiż.

Flimkien mal-Ġermanja u l-Finladja, Malta hija waħda minn tliet pajjiżi Ewropej li tejbu posthom fl-indiċi tad-demokrazzija waqt li s-sitwazzjoni politika fl-Italja waslet biex il-pajjiż waqa’ tnax il-post meta mqabbel mal-2017.

Skont l-indiċi tad-demokrazija li jsir minn The Economist, Malta kienet waħda mit-tliet pajjiżi Ewropej li avvanzaw post fost l-20-pajjiż meqjusa li għandhom demokrazija sħiħa u kklassifikat fit-tmintax il-post.

Pajjiżi Nordiċi bħan-Norveġja, l-Iżlanda u l-Iżvezja jinsabu fil-quċċata tal-indiċi waqt li l-Libja, is-Sudan u l-Korea ta’ Fuq jinsabu fil-qiegħ tal-indiċi li kejjel id-diversi strutturi tad-demokrazija f’165 pajjiż.

L-indiċi tad-demokrazzija janalizza l-proċess elettorali, il-libertajiet ċivili, il-midja, l-indipendenza tal-ġudiaktura, il-governanza u l-parteċipazzjoni politika.

Il-ħdax il-edizzjoni tar-rapport ta’ The Economost Intelligence Unit, jinnota li għat-tielet sena konsekuttiva, il-pajjiżi fl-Ewropa tal-Punent kellhom tnaqqis marġinali fl-Indiċi. Fost ir-raġunijiet għal dan it-tnaqqis hemm is-sitwazzjoni politika fl-Italja li r-rapport jiddeskrivi bħala waħda karatterizzata minn diżillużjoni bl-istituzzjonijet politiċi. Dan wassal biex l-Italja waqgħet 12-il post fl-indiċi u tinsab fit-33 post mad-demokraziji meqjusa bħala difettużi.

Ir-rapport jinnota li l-pożizzjoni tal-Italja fuq l-immigrazzjoni qiegħda tkompli żżid iċ-ċans li l-libertajiet ċivili fl-Italja jmorru lura.

Aħbarijiet Oħra
Statistika

Riċerka li saret fost persuni b’diżabilità inkluż tfal bl-awtiżmu u persuni bi sfidi mentali, ħareġ li dawn iħossu li m’għandhomx biżżejjed aċċess għal ċertu servizzi. Ir-riċerka li saret mill-Fondazzjoni Inspire…

Kronaka

Tfajla ta’ 19-il sena mid-Danimarka spiċċat misruqa lbieraħ fil-23:30, fil-Gżira. Is-serqa seħħet fi Triq ir-Rebħa, fil-Gżira meta raġel allegatament heddidha b’oġġett jaqta u bil-ponta waqt li kienet qed tpejjep barra…

Kronaka

Matul il-lejl żewġ karozzi ħadu n-nar f’żewġ lokalitajiet differenti. Għall-ħabta tas-siegħa ta’ dalgħodu, il-pulizija kienet infurmata li fi Triq in-Naħal f’ Ħal Qormi vettura tat-tip Toyota Vitz ħadet in-nar. Dwar…

Aktar