Lokali
Malta u Ċipru l-iktar attraenti għan-negozju wara Brexit

Brexit ġab miegħu tibdil kbir b’mod partikolari lill-kumpaniji u s-swieq finanzjarji inkluż il-bejgħ bl-imnut, l-iskambju tal-muniti kif ukoll ix-xiri minn pajjiżi differenti.

F’dan l-isfond l-esperti tas-suq qed jaraw liema pajjiżi jistgħu jieħdu post Londra bħala l-kapitali kummerċjali fl-Ewropa. Fost dawn il-pajjiżi qed jissemmew Ċipru, Malta, il-Ġermanja u Franza. Madanakollu, pajjiżi ċentrali u tan-naħa tal-Lvant tal-Ewropa qed ikunu kkunsidrati wkoll.

Stħarriġ li għamel il-Finance Magnates sab li Ċipru huwa l-aktar popolari mal-kumpaniji involuti fl-Ewropa. Issegwi Ċipru, ġiet Malta f’24% ta’ dawk li wieġbu l-istħarriġ jemmnu li Malta se tieħu parti kbira min-negozju li hemm fir-Renju Unit. Wara Malta ġew il-Ġermanja u Franza.
Il-Kap tas-Sales f’FXOpen, Natalia Zakharova qalet li temmen li Malta u Ċipru għandhom potenzjal kbir.