Lokali
Malta u Dubai jiddiskutu kif jistgħu jżidu l-investiment f’Malta

Ir-relazzjonijiet kummerċjali bejn Malta u Dubai ġew diskussi f’seminar bejn il-kmamar tal-kummerċ taż-żewġ pajjiżi. Is-Seminar sar fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin fejn il-Ministru Carmelo Abela qal li Malta kompliet timmarka t-tisħiħ fir-relazzjoni bilaterali billi fetħet ambaxxata fl-Emirati Arab Magħquda.

Iċ-Chairman tal-Kamra tal-Kummerċ u l-Industrija ta’ Dubai Majid Saif al Ghurair qal li r-relazzjoni eċċellenti bejn Malta u l-Emirati Arab Magħquda joffru opportunità tajba biex iż-żewġ naħat jiżviluppaw f’ċentri kummerċjali fir-reġjuni rispettivi tagħhom fil-Mediterran u fil-Golf Għarbi. Huwa qal li investituri mid-Dubai diġà qed jinvestu f’Malta iżda fadal ħafna oqsma oħra b’opportunitajiet ta’ investiment.

Maji Saif Al Ghurair qal li “the plan is going on already there are companies who did some investment in Malta but again we want to highlight different sectors of Maltese economy to the companies that are ready to invest. Yes it was concentrated in past in real estate and telecommunication but I think there are many sectors of the economy of Malta where companies are interested to invest”.

 

 

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela qal li r-relazzjoni bejn Malta u l-Emirati Arab Magħquda ilhom bdew 44 sena li issa nfetħet ukoll ambaxxata Maltija f’Abu Dhabi biex joktru r-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Ġuvni ħelisha ħafif wara li l-vann li kien qiegħed isuq dalgħodu baqa’ dieħel ġo ħajt bil-konsegwenza li niżel f’għalqa. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.00 ta’ dalgħodu fi Triq Ħal Qormi, f’Ħal…

Lokali

Il-Maġistrat Anthony Vella ġie assenjat mill-Prim Imħallef biex imexxi l-inkjesta fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. F’deċiżjoni li tat kmieni dalgħodu, il-Maġistrat Scerri Herrera irrikużat ruħha mill-inkjesta u qalet li l-ġustizzja…

Lokali

Iben Daphne Caruana Galizia, Matthew Caruana Galizia, iddeskriva b’mod grafiku dak li ra wara l-isplużjoni li ħalliet lil ommu mejta lbieraħ. Is-Sur Caruana Galizia kien l-ewwel wieħed fuq ix-xena peress…

Lokali

Ħarsa lejn il-ġurnali ppubblikati llum, it-Tlieta 17 ta’ Ottubru: Il-faċċata ta’ kull ġurnal ippubblikat illum hija ddominata mill-qtil tal-ġurnalista u blogger Daphne Caruana Galizia lbieraħ wara nofsinhar fi splużjoni qawwija…

Aktar