Lokali
Malta u l-ħobż biż-żejt – temi ċentrali fil-film Love to Paradise

Malta tista’ titqies bħala wieħed mill-karattri ewlenin f’film li jitratta l-esperjenza ta’ mħabba li nibtet f’Malta bejn koppja żagħżugħa. Il-film, produzzjoni ta’ Malti Awstraljan, jieħu l-ħajja ta’ kuljum u l-attrazzjonijiet ewlenin ta’ Malta fis-swali taċ-ċinema.

Kartolini ta’ Malta joffru sfond mill-isbaħ għal storja ta’ mħabba ta’ koppja żagħżugħa f’film li juri aspetti differenti tal-identità Maltija.

Love to Paradise jitratta l-istorja ta’ turist Amerikan interpretat minn Myko Olivier li ħa sehem fis-serje Amerikana ‘Glee’, li waqt btala f’Malta sab l-imħabba f’artista lokali, interpretata mill-attriċi Marysia Peres li ħadet sehem fil-fim Assassin’s Creed.

Il-film hu prodott ta’ direttur Malti-Awstraljan, Julian Galea, li spjega ma’ Television Malta kif permezz tal-film ried joħroġ l-għeruq tiegħu.

“There is a lot of huge hollywood blockbuster which are shot in malta but they never showcase the culture and vibrances and history only use fortresses for production design. I wanted to show Malta for its culture and its vibrancy and aesthetic as well,” qal Galea.

Il-film ħareġ fis-swali taċ-ċinema fl-Awstralja x-xahar li għadda u bħalissa qed jintwera wkoll f’Malta. Julian Galea, li hu iben Maltin li fis-sittinijiet emigraw lejn l-Awstralja, tkellem dwar is-sens ta’ nostalġija li l-film qajjem fost il-Maltin fl-Awstralja. “There is a recurring theme in the film; ħobż biż-żejt, I grew up my whole life eating it, my mum used to pack it for me.”

Qal li tmien snin ilu telaq ix-xogħol tiegħu bħala bennej, biegħ kollox u mar New York biex jitħarreġ fil-produzzjoni tal-films. Żied jgħid li għandu l-ħsieb li jiġbed aktar produzzjonijiet f’Malta. “Perfect production landscape to shoot a film – long shooting hours, minimal rain but also the vibrancy it brings on location.”

Love to Paradise rebaħ l-unur tal-aqwa film fil-Malta Film Festival.

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Tfaqqa kontroversja taħraq dwar il-kwadri fil-Knisja ta’ Ħal Kirkop. Dan wara li fil-festa ta’ San Ġużepp, ix-xahar li għadda l-Kappillan ħabbar li l-Kurja approvat li l-pittura tal-Madonna tad-Duluri li hemm…

Sport

Minn footballer professjonali għal DJ idur mad-dinja b’tours relatati mal-mużika. Dan mhu ħadd ħlief l-ex plejer internazzjonali Taljan, l-attakkant Christian Vieri. Huwa kien Malta għal ftit ħin fejn kien fost…

Kurżitajiet

F’Hollywood tħabbret il-mewt tal-attur u producer Peter Fonda fl-età ta’ 79 sena. Huwa miet wara battalja mal-kanċer. Fonda jibqa’ l-iktar magħruf għall-film li ħadem fih, kiteb u produċa fl-1969 –…

Edukazzjoni

L-Istitut għall-Istudji Turistiċi qal li wara kampanija li nieda żdied sew l-interess għal korsijiet full-time li joffri. L-ITS qal li kellu żieda ta’ iktar minn 50% fl-applikazzjonijiet meta mqabbel mas-sena…

Aktar