Politika
Malta u l-Libja ffirmaw ftehim għal koperazzjoni teknika fuq il-baħar u fl-ajru

Malta u l-Libja ffirmaw ftehim fil-prinċipju għal koperazzjoni teknika fl-oqsma marittimi u l-avjazzjoni; f’affarijiet bħall-amministrazzjoni tal-portijiet, is-sigurtà, l-investigazzjoni ta’ inċidenti u t-taħriġ.

Il-ftehim ġie ffirmat waqt laqgħat bejn delegazzjoni mmexxija mill-Ministru Ian Borg u delegazzjoni Libjana. Il-ftehim jaħseb għall-possibilità ta’ vjaġġi ta’ passiġġieri bejn iż-żewġ pajjiżi u r-reġistrazzjoni ta’ ajruplani Libjani fuq ir-reġistru Malti.

Iż-żewġ naħat iffirmaw ftehim ieħor bi pjan ta’ azzjoni għall-prevenzjoni tat-tniġġis fl-ambjent marittimu.