Lokali
Malta żżomm l-ewwel post fost 49 pajjiż fil-qasam tad-drittijiet tal-persuni LGBTIQ

Għat-tieni sena konsekuttiva, Malta baqgħet iżżomm l-ewwel post fost 49 pajjiż fl-Indiċi Rainbow ta’ ILGA-Europe, dwar id-drittijiet tal-persuni LGBTIQ.

Filwaqt li esprima sodisfazzjon għal dan, il-Malta Gay Rights Movement attribwixxa dan is-suċċess għall-fatt li fl-2016, Malta introduċiet l-Att dwar l-Affermazzjoni tal-Orjentazzjoni Sesswali, l-Identità tal-Ġeneru u l-Espressjoni tal-Ġeneru, biex b’hekk ġew kriminalizzati l-prattiċi ta’ konverżjoni. Il-liġi tagħmilha ċara wkoll li ebda orjentazzjoni sesswali jew identità tal-ġeneru ma hi xi diżordni jew marda. Is-sena l-oħra ġiet adottata wkoll mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin it-Trans, Gender Variant and Intersex Inmates Policy.

Il-MGRM qal li dan is-suċċress seta’ jkun possibbli bis-saħħa ta’ settur tas-soċjetà ċivili b’saħħtu u kif ukoll għall-involviment ta’ numru ta’ għaqdiet volontarji li appoġġjaw lil persuni LGBTIQ permezz ta’ taħriġ u appoġġ.

Minkejja l-progress illi sar il-MGRM qal li għad fadal passi oħra importanti x’jittieħdu fost l-oħrajn fil-qasam tas-saħħa, hekk kif għadu jinħass in-nuqqas ta’ servizzi tas-saħħa sensittivi u speċifiċi għal persuni trans, fosthom li għadu kriminalizzat l-aċċess għal servizzi riproduttivi għal koppji tal-istess sess.

L-indiċi Rainbow jenfasizza wkoll id-differenzi li jkomplu jeżistu bejn il-pajjiżi differenti fejn jidħlu d-drittijiet LGBTIQ.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Għada jitfakkar il-jum iddedikat lill-persuni li għandhom il-problema tat-temtim. Statistika internazzjonali turi li persuna minn kull mija għandha din il-kundizzjoni, li ħafna drabi tikkawża imbarazzament għal min ibati biha u…

Lokali

Huma mijiet il-Maltin bejn saċerdoti, reliġjużi, żgħażagħ, adulti u anke anzjani li jgħixu u jaħdmu fl-artijiet tal-missjoni; min għal perjodu qasir ta’ żmien u oħrajn fit-tul tant li jiddedikaw ħajjithom…

Lokali

Sadanittant l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia issa jinsabu konċentrati kollha fil-kwartieri ġenerali tal-korp fil-Furjana. Television Malta jinsab infurmat li l-pulizija kompliet titkellem ma’ nies li jistgħu jagħtuha…

Lokali

Il-kumpanija Valletta Cruise Port qed tkompli tinvesti fil-faċilitajiet tagħha fil-Port il-Kbir. Bil-kumpaniji tal-cruise-liners qed ikomplu jordnaw vapuri kbar, il-Valletta Cruise Port qed tippjana t-twessigħ ta’ wieħed mill-mollijiet. Għandha wkoll applikazzjoni…

Aktar