Lokali
Malta żżomm postha mal-ewwel ħames pajjiżi tal-UE b’rati baxxa ta’ qgħad

Ċifri tal-Eurostat juru li fir-raba’ xahar li l-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea kienu qegħdin iħabbtu wiċċhom mal-pandemija li laqtet fil-laħam il-ħaj l-attività ekonomika, il-qgħad fil-pajjiżi membri żdied b’aktar minn kwart ta’ miljun meta mqabel max-xahar ta’ qabel.

Miċ-ċifri ppubblikati, Malta żammet postha mal-ewwel ħames pajjiżi b’rati baxxa ta’ qgħad. F’Mejju, ir-rata tal-qgħad f’Malta kienet ta’ 4.2 fil-mija. L-uniċi pajjiżi li kellhom rata inqas minn ta’ Malta kienu l-Ġermanja, l-Olanda, il-Polonja u r-Repubblika Ċeka. Ir-rata medja tal-qgħad fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea telgħet għal 7.4%.

Il-Eurostat qal li huwa stmat li fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropeja, il-qgħad f’Mejju żdiedet għal 14-il miljun tlett mija u sitta u sittin elf ruħ.