Kumpaniji
Maltapost immultata €10,000 wara li wasslet il-posta tard

Il-kumpanija Maltapost ġiet immultata ftit aktar minn €10,000 mill-Awtorità tal-Komunikazzjoni għal tqassim tard tal-posta.

L-awtorità qalet li fis-sena finanzjarja Ottubru 2018 – Settembru 2019, il-Maltapost ma żammitx mal-mira stipulata li 95% tal-posta individwali lokali titqassam sal-għada li tkun ġiet impustata.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Komunikazzjoni, Jesmond Bugeja, qal li bħala regolatur għas-servizzi postali, l-awtorità hi impenjata tiżgura li jintlaħqu l-istandards ta’ kwalità u tieħu l-azzjoni li tħoss xierqa meta jkun hemm nuqqas.