Lokali
MaltaPost toffri s-servizz ta’ Easipik Parcel Lockers mingħajr ħlas

Biex tkompli ittejjeb l-esperjenza tax-xiri online għal konsumaturi, MaltaPost daħlet l-Easipik Parcel Lockers fis-sistema tal-operat tagħha mingħajr l-ebda spejjeż żejda għal klijent.  Dan għandu jagħmel tajjeb għall-fatt li l-maġġoranza tan-nies li jixtru online ma jkunux id-dar biex jirċievu x-xirja tagħhom.

Easipik huwa servizz stabbilit u konvenjenti li jagħti l-opportunita’ lill-klijenti  biex jiġbru l-pakketti tagħhom 24 siegħa kuljum minn wieħed mis-16 -il-Parcel Lockers li jinsabu f’diversi lokalitajiet f’Malta u Għawdex.  Permezz ta’ dawn il-Parcel Lockers issa l-klijenti se jkollhom kontroll assolut fuq il-ġbir tal-pakketti tagħhom u se jiffrankaw il-ħin moħli jistennew fil-kju fil-Fergħat Postali.

Biex jibda’ juża s-servizz, il-klijent għandu jżur https://www.maltapost.com/easipik  jirreġistra online biex jirċievi l-indirizz ta’ Easipik u l-code tiegħu.  Kif jirreġistra, il-klijent jiġi mitlub jagħżel il-Parcel Locker skont il-post tar-residenza tiegħu jew tax-xogħol jew impenji oħra li għandu kuljum.   L-indirizz tal-Parcel Locker imbagħad għandu jintuża bħala delivery address meta jixtri online.

Meta l-pakkett jiġi mqassam fil-Parcel Locker magħżul, il-klijent jirċievi SMS b’kodiċi uniku biex jkun jista’ jiftaħ il-locker u jiġbor il-pakkett. Għal aktar sigurta’, għall-pakketti reġistrati, jeħtieġ li l-klijent iżur il-Fergħa Postali darba biss biex jimla l-formola tal-identifikazzjoni.

Il-lockers li huma aċċessibbli, 24 siegħa kuljum jinsabu f’ Birkirkara, Marsa, Mosta, Rabat, San Ġwann, San Pawl il-Baħar, Tas-Sliema, Ħaż-Żabbar, Paola, Luqa, Floriana, Valletta, Żurrieq, l-Universita’, San Ġiljan u r-Rabat, Għawdex.

Għal aktar informazzjoni dwar dan is-servizz, wieħed jista’ jżur www.maltapost.com/easipik jew mill-Customer Care tal-MaltaPost fuq 2122 4421 jew [email protected]

Dan huwa artiklu bi ħlas minn:

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Żewġt irġiel indarbu meta ttajru minn vettura f’B’Kara. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.30am, bil-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Dun Karm, Birkirkara. Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih…

Kronaka

Raġel sofra minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fir-Rabat. L-inċident seħħ illum għall-ħabta tal-5.30pm fi Triq Sqaq iċ-Ċawla. Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jirriżulta li seħħet ħabta bejn żewġ…

Lokali

Inqas minn ġimgħatejn bogħod mill-Milied xi ħadd se jkun qiegħed jiċċelebraħ bħala miljunarju hekk kif illejla ntrebħet is-Super 5. Skont il-Maltco, kien hemm biljett wieħed li rnexxielu jaqta’ l-5 numri…

Partit Laburista

F’ċerimonja fuq il-mafkar ta’ Jum ir-Repubblika fi Triq Diċembru 13 il-Partit Laburista sellem lil Malta Repubblika. Fi stqarrija ngħad li l-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar is-sinjifikat ta’ din il-ġrajja…

Aktar