Barranin
Maltempata fl-Istati Uniti tħall 21 mejta

Maltempata kbira fin-naħa t’isfel tal-Istati Uniti ħalliet minn tal-inqas 21 persuna mejta u miljuni oħra bla dawl.

F’Texas, fejn huwa rari li t-temperaturi jinżlu daqshekk fil-baxx, miljuni qed jissieltu biex isaħħnu djarhom mingħajr elettriku, li nqata’ kawża ta’ domanda qawwija.

L-imwiet kawża tal-maltemp ġew irrekordjati f’Texas, Louisiana, Kentucky, North Carolina u Missouri.

Il-maltemp mistenni jkompli fi tmiem il-ġimgħa, anki jekk il-kbir qed jidher li għadda.