Barranin
Maltempata kbira tolqot il-punent tal-Awstralja

Maltempata kbira llum qed taħbat għall-punent tal-Awstralja, bl-awtoritajiet joħorġu iwissu lin-nies biex jibqgħu ġewwa u biex jieħdu ħsieb il-proprjetà tagħhom u jorbtu sew kull oġġett li jista’ jinqabad bir-riħ.

Il-maltempata, li d-dimensjonijiet tagħha ilhom ma jidhru 10 snin, mistennija tikkonsisti f’dulluvju ta’ xita, irwiefen, u mewġ għoli li jilħaq 8 metri.

Intqal li din il-maltempata hija frott dak li baqa’ miċ-ċiklun Mangga, li qed jiġi f’kuntatt ma’ front kiesaħ.

Skont l-aħħar aġġornamenti, kawża tal-maltempata diġà kien hemm qtugħ fil-provvista tad-dawl lil madwar 18,000 resident.

Aħbarijiet Oħra

Il-President Amerikan Donald Trump ħallas biss $750 f’taxxi fuq id-dħul tiegħu fl-2016. Rapport fuq in-New York Times, li kisbet aċċess għal informazzjoni li tmur lura aktar minn 20 sena, jgħid…

Fil-Venezwela kważi 200 persuna li jaħdmu bħala paramediċi fil-qasam tas-saħħa tilfu ħajjithom minn Marzu ‘l hawn kawża tal-imxija tal-Covid-19. Fil-Venezwela nstabu mil-lanqas 68,000 persuna li kellhom il-Coronavirus li minnhom tilfu…

Il-votanti fl-Iżvizzera vvutaw kontra l-proposta li jiġu fi tmiemu ftehim mal-Unjoni Ewropea dwar il-moviment ħieles tal-persuni. Skont SRF, ir-riżultat tar-referndum se jkun 63% b’37%. L-Iżvizzera mhijiex membru tal-Unjoni Ewropea, imma…

Il-forzi tal-Armenja u l-Ażerbajġan qed jiġġieldu dwar ir-reġjun Nagorno-Karabakh, u twaqqa’ tal-inqas ħelikopter wieħed tal-Ażerbajġan. L-Armenja qalet li l-Ażerbajġan beda jattakkaha mill-art u mill-ajru u wara ddikjarat l-liġi marzjali. Min-naħa…

Aktar