Stejjer Umani
Malti fl-Istati Uniti jgħid li f’30 sena qatt ma ra rvellijiet bħal tal-aħħar jiem li bdew wara l-qtil ta’ George Floyd

Malti li jgħix l-Istati Uniti fl-aħħar sigħat esperjenza mill-qrib il-vjolenza u l-protesti li qed isiru f’diversi ibliet Amerikani wara l-qtil tal-Afro Amerikan George Floyd.

Joseph Vassallo li ilu jgħix f’Santa Monica fl-Istati Uniti għal iżjed minn 30 sena stqarr li qatt ma ra rvellijiet bħal tal-aħħar jiem li bdew wara li ġimgħa u nofs ilu nqatel l-Afro Amerikan George Floyd li spiċċa faga taħt irkuptejn pulizija li kien qed jarrestah. Is-sur Vassallo qal li l-protesti bdew b’mod paċifiċi iżda nbidlu fi vjolenza.

”Ħafna vjolenza, ħafna looting, jiġifieri kellna ħafna problemi hawnhekk. So much so li lbieraħ fis-siegħa ta’ waranofsinhar għamlu curfew, ħadd ma jista’ jkun fit-toroq, ħafna jimxu, issuq xejn, unless sejjer ix-xogħol. Il-ħin kollu ħelikopters fuq id-dar tiegħi. Pulizija fit-toroq u ġabu n-national guard fit-toroq għax kien hawn ħafna problemi. F’Los Angeles qabdu karozzi tal-pulizija tawhom in-nar u kissru.”

Il-President Amerikan Donald Trump hedded li jibgħat l-armata biex trażżan l-inkwiet. Trump qal li jekk l-ibliet u l-istati se jonqsu milli jikkontrollaw il-protesti u jiddefendu r-residenti tagħhom, se jibgħat l-armata li qal malajr issolvi l-problema għalihom.

F’St Louis erba’ uffiċjali tal-pulizija ntlaqtu minn tiri ta’ arma tan-nar waqt dawn il-protesti. Tnejn minnhom indarbu f’riġlejhom, ieħor f’saqajh, u ieħor f’idu. Il-Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija f’St Louis qal li ħafna mid-dimostranti bdew ikissru kulma jsibu quddiemhom.

”All they plan to do was come out and jump up and down like crazy people and start throwing things and started looting all over downtown. They were throwing fireworks at officers. Fireworks exploding on officers. They had officers that had gas poured on them.”

Għexieren ta’ dimostranti weġgħu hekk kif l-awtoirtajiet użaw il-forza u l-gass tad-dmugħ biex iferrxu l-folol fi protesti li nfirxu f’iżjed minn 75 belt Amerikana.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Maħżen tal-festa nbidel fi klassi fi proġett biex il-prattika ta’ snajja tradizzjonali li jispikkaw fil-festi Maltin tintiret u ma tmutx. Il-proġett tmexxa mill-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija ta’ Ħal Luqa, li…

Infrastruttura

Inkonvenjent li ilu snin jurta lill-Birżebbuġin se jiġi indirizzat bi proġett li Infrastructure Malta qalet se tibda fi tmiem dan is-sajf. Il-proġett hu maħsub li jtaffi l-problema tal-għargħar, ikkawżata mill-baħar…

Lokali

Mil-lejla bdew jiġu organizzati l-pellegrinaġġi fl-okkażjoni tal-festi tal-ibliet u l-irħula li se jibqgħu għaddejjin sat-8 ta’ Diċembru meta tiġi ċċelebrata l-Kunċizzjoni f’Bormla. Illejla, tliet lokalitajiet qed jorganizzaw dawn il-pellegrinaġġi: Ħal…

Tradizzjonijiet

Jumejn ‘il bogħod mill-Jum Internazzjonali tal-Bizzilla, grupp ta’ persuni nġabru fil-Mużew Nazzjonali tal-Etnografija, fil-Palazz tal-Inkwizitur il-Birgu, biex jaħdmu bizzilla tradizzjonali Maltija. Jekk hemm xi impressjoni li l-arti tradizzjonali tal-bizzilla qed…

Aktar