Malti jieħu sehem f’esplorazzjoni tal-univers

Astrofiżicista Malti li qed jieħu sehem f’eżerċizzji esplorattivi dwar il-formazzjoni tal-ewwel oġġetti fl-univers ikkonferma esklussivament ma’ tvm.com.mt li x-xjenzati għamlu progress sostanzjali fl-għarfien dwar kif kien l-univers 13-il biljun sena ilu.

Mistoqsi dwar wieħed mill-aktar suġġetti topiċi fost ix-xjenzjati, Joseph Caruana li għad għandu 27 sena u li diġa’ għandu dottorat fl-astrofiżika jsostni li l-proċess għat-tiftix tal-ħajja fl-univers għadu fil-bidu tiegħu u li x-xjenzati qatt ma eskludew l-possibiltà li hemm forom oħra ta’ ħajja fl-univers.

L-astrofiżicista Malti jaħdem ma’ tim ta’ akkademiċi f’waħda mill-aktar universitajiet prestiġjużi ta’ Leibniz fil-Ġermanja u huma ibbażati f’osservatorju Ewropew. Il-proġett beda fl-Università ta’ Oxford fir-Renju Unit.

L-aktar proġett riċenti li iffoka fuqu kien dak għat-tiftix ta’ l-ewwel galassji fl-ispazju. Jispjega li galassja hija magħmula minn miljuni ta’ xmux li flimkien jifformaw dawn is-sistemi fl-univers.

Huwa spjega li d-distanza u ż-żmien huma relatati. Jgħid li d-dawl idum ħin twil biex jivvjaġġa u li aktar ma’ l-oġġetti jkunu l-bogħod fl-ispazju, aktar tkun qed tmur lura fil-passat.

Jiddeskrivi l-ambjent bħala ‘time machine’ u jgħid li flimkien mal-kollegi tiegħu qed jistudjaw il-perjodu ta’ transizzjoni kif l-univers għadda mid-dlam għall-ewwel xmux u kif dawn iffurmaw ruħhom.

Jgħid li l-evolviment seħħ matul biljuni ta’ snin biex kienu iffurmati is-sistemi tal-galassja li ngħixu fiha magħrufa bħala l-‘milky way’.

Ix-xjentist Malti spjega li l-pass li jmiss fir-riċerka huwa li jkompli jirfinaw biex ikunu aktar preċiżi fis-sejbiet tagħhom.

Aħbarijiet Oħra

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għandu vettura ġdida biex tagħmilha iktar possibbli biex jiġu salvati nies jekk jinqala’ xi inċident f’bini għoli. Il-vettura nxtrat mill-Awtorità tal-Ippjanar hekk kif fl-aħħar snin żdiedu l-binjiet…

Mart il-President ta’ Malta, is-sinjura Miriam Vella qalet li tifhem eżatt il-bżonn ta’ iktar għarfien fuq il-kanċer tas-sider għax tilfet lill-ommha b’dan il-kanċer. Is-sinjura Vella din is-sena hija l-Patruna tal-kampanja…

Il-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Nazzjonalista fi stqarrija qalet li llum għamlet il-verifiki kollha u ġie konkluż li n-numru ta’ tesserati eleġibbli biex jivvutaw fl-elezzjoni għall-ħatra ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista huwa 21,499….

Uffiċjali mill-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-xogħol, l-OHSA qegħdin jiċċertifikaw li kull skola f’Malta u Għawdex hija konformi mar-regolamenti li tfasslu mill-awtoritajiet tas-saħħa. F’kummenti ma’ Television Malta, is-Segretarju Permanenti…

Aktar