Filmat – irrappurtat nieqes raġel li jinsab akkużat bi traffikar ta’ droga

Michael Brandon Calleja ta’ 36 sena, ġie rrappurtat nieqes lill-Pulizija nhar l-20 ta’ Settembru 2016. Huwa deher l-aħħar jum qabel fis-Siġġiewi.

Calleja jinsab akkużat b’kultivazzjoni u traffikar tal-kannabis. F’Lulju li għadda l-Pulizija sabu madwar kilo u nofs droga fir-residenza tiegħu fis-Siġġiewi. Il-pjanti nstabu fuq il-bejt filwaqt li l-qsari biż-żerriegħa kienu ġo kamra separata.

Kull min għandu xi informazzjoni dwar Calleja, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali, billi jċempel fuq in-numru tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21224001 jew 119. Wieħed jista’ jgħaddi l-informazzjoni ukoll fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.