Kisbiet
Maltin jerħulha lejn l-Afrika biex jitilgħu muntanja għal għan nobbli

Kontinġent Malti ħalla xtutna sabiex jibda t-triq għall-Afrika biex jibdew l-isfida li jitilgħu l-muntanja Kilimanjaro.

Ma’ TVM l-organizzaturi qalu li l-muntanja hi biss nofs mill-isfida ta’ Kilimanjaro, għaliex in-nofs l-ieħor huwa li jwettqu proġett soċjali u edukattiv fl-Etjopja.

Lejliet l-ewwel tas-sena grupp ta’ 19-il persuna telaq minn Malta sabiex jitilgħu l-muntanja Kilimanjaro fit-Tanżanija, li hija l-ogħla waħda fl-Afrika. Din l-avventura li qed isir kull sena għandha l-għan li tiġbor fondi għal proġetti soċjali u edukattivi fl-Etjopja.

Austin Cachia wieħed mill-organizzaturi tal-isfida qal li t-taħriġ intensiv li kien isir erba’ darbiet fil-ġimgħa ilu għaddej mill-bidu tas-sena. Stqarr iżda li l-isforz fiżiku huwa parti biss mill-isfida tal-Kilimanjaro.

“In-nofs l-ieħor tal-isfida huwa biex ġbarna 108,000 biex nibnu skola primarja ġdida fl-Etjopja. Dak huwa konna qed nagħmlu avvenimenti varji biex jinġabru dawn il-flus, jiġifieri n-nofs l-ieħor huwa d-donazzjonijiet,” qal is-Sur Cachia.

Keith Marshall, li flimkien mas-Sur Cachia qal li s-sodisfazzjon ta’ din l-isfida hija t-tama li se tingħata lil 700 tifel u tifla li se jkollhom skola ġdida. “Fl-20 ta’ Jannar ħa ninawguraw, u dejjem l-istess dawn it-tfal setgħu kienu t-tfal tagħna, għanda l-obbligu morali li nkunu hemm għal dak li anqas ixxurtjat minna.”

Mimlija kuraġġ, il-parteċipanti waqt li sellmu lill-għeżież tagħhom fl-ajruport, stqarrew li huma mentalment lesti li jagħmlu 24 siegħa mqajma, ġurnata mixi, ftit mistrieħ u lejl ieħor ta’ mixi sakemm jilħqu l-quċċata tal-muntanja.

“L-iktar ħaġa li ħeġġitni kienet il-motivazzjoni li noħroġ miż-żona ta’ komfort tiegħi u niltaqa ma’ nies ġodda u nkun qed nagħmel xi ħaġa ta’ ġid,” qal Jonathan Galea.

B’kollox, 19-il persuna qed jagħmlu din l-isfida li mistennija tieħu mat-tmint ijiem sakemm jitilgħu l-muntanja Kilimanjaro.

Aħbarijiet Oħra
Toroq

Matul il-lejl li għadda, Infrastructure Malta poġġiet f’postha l-gverta tal-azzar twila 34 metru tal-pont il-ġdid li se jaqsam minn fuq Vjal l-Avjazzjoni, bejn Ħal Luqa u l-Gudja. Il-kuntratturi ta’ Infrastructure…

Ekonomija u Finanzi

Il-Bank HSBC ħabbar li se jnaqqas 35,000 impjieg fit-tliet snin li ġejjin. Il-bank qal li qed jimmira li globalment inaqqas l-ispejjeż b’aktar minn erba’ biljun ewro sal-2022 filwaqt li jnaqqas…

Politika

L-Ispeaker tal-Parlament, Anġlu Farrugia, qal li l-membri tal-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi ma setgħux jagħmlu mistoqsijiet dwar il-kuntratt mogħti mill-Awtorità tat-Turiżmu lid-Deputat Laburista Konrad Mizzi, qabel ma l-kontijiet awditjati tal-istess awtorità…

Aktar